Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2009 - ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)
(Kawża T-487/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ReValue Immobilienberatung GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fischoeder u M. Schork, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta' Ottubru 2009 fil-Każ R 531/2009-4;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ReValue" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 42 u 45 (applikazzjoni Nru 6 784 292)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, inkwantu s-sinjal li tiegħu qed tintalab ir-reġistrazzjoni ma għandux karattru deskrittiv għas-servizzi msemmija fl-applikazzjoni u barra minn hekk ma għandux karattru distintiv. Id-deċiżjoni tikser ukoll l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/20098, inkwantu d-deċiżjoni meħuda ma hijiex motivata jew ma hijiex motivata biżżejjed fuq punti essenzjali.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)