Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2014 – Harry’s New York Bar vs UASI – Harrys Pubar (HARRY’S NEW YORK BAR)

(Kawża T-97/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harrys Pubar AB (Göteborg, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Novembru 20013, mogħtija fil-Każijiet maqgħuda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HARRY’S NEW YORK BAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30, 32 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 383 445

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Svediża Nri 356 009, 320 026, 315 142, 55 6513-1066 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment fil-Każ R 1038/2012-1 u appell miċħud fil-Każ R 1045/2012-1

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.