Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ disinn ikkulurit)

(Kawża T-94/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 495/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ikkulurit għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 28, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 11 177 631

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha nstabet li ma hijiex adatta għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.