Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

(Kawża T-96/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1092/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VIMEO” għal servizzi fil-klassijiet 38, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 843 061

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “meo” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.