Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

(Kawża T-96/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks – Probabbiltà ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ  R 1092/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PT Comunicações, SA u Vimeo LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Vimeo LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 135, 5.5.2014.