Language of document : ECLI:EU:T:2015:618





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 –
EE vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond blu)

(Kawża T‑94/14)

“Trade mark Komunitarja – Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tikek bojod fuq sfond blu – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks ikkostitwiti minn kulur jew kombinazzjoni ta’ kuluri (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 27)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tikek bojod fuq sfond blu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 56, 57)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Novembru 2013 (Każ R 495/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta tikek bojod fuq sfond blu bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.