Language of document : ECLI:EU:T:2015:799





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2015 –
Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

(Kawża T‑96/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-21, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 28)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Koeżistenza f’suq iddeterminat taż-żewġ trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 50, 51)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali VIMEO u trade mark figurattiva meo (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 67-70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1092/2013‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PT Comunicações, SA u Vimeo LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vimeo LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.