Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/10) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) – Klassifikazzjoni ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt – Konsorzju offerenti – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, u sussegwentement S. Delaude, aġent, assistiti inizjalment minn P. Wytinck, u sussegmentement minn B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2010, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar “Servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), għal-lott Nru 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra mis-sit”, fit-tielet, u mhux fl-ewwel, pożizzjoni u li tagħti l-ewwel u t-tieni pożizzjoni lil offerenti oħrajn, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informatika tal-Kummissjoni li huma relatati magħha, inklużi dawk li jingħataw il-kuntratti rispettivi lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 346, 18.12.2010.