Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2014 – McBride et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10) 1

(“Sajd – Miżuri ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd – Ristrutturazzjoni tas-settur – Applikazzjonijiet għal żieda tal-għanijiet tal-programm ta’ gwida multiannwali intiż biex itejjeb is-sigurtà abbord – Applikazzjoni tal-Irlanda dwar diversi bastimenti – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura – Deċiżjoni ġdida ta’ ċaħda – Inkompetenza tal-Kummissjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peter McBride (Downings, l-Irlanda) (Kawża T-458/10); Hugh McBride (Downings) (T-459/10); Mullglen Ltd (Largy, l-Irlanda) (T-460/10); Cathal Boyle (Fiafannon, l-Irlanda) (Kawża T-461/10); Thomas Flaherty (Kilronan, l-Irlanda) (Kawża T-462/10); Ocean Tawlers Ltd (Killybegs, l-Irlanda) (Kawża T-463/10); Patrick Fitzpatrick (Killeany, l-Irlanda) (Kawża T-464/10); Eamon McHugh (Killybegs) (Kawża T-465/10); Eugene Hannigan (Killybegs) (Kawża T-466/10); Larry Murphy (Castletownbere, l-Irlanda) (Kawża T-467/10); Brendan Gill (Lifford, l-Irlanda) (Kawża T-471/10) (rappreżentanti: inizjalment A. Collins, SC, N. Travers, barrister, u D. Barry, solicitor, sussegwentement N. Travers, D. Barry u E. Barrington, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-458/10 sa T-467/10, inizjalment K. Banks, A. Bouquet u A. Szmytkowska, sussegwentment A. Bouquet u A. Szmytkowska, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister, u, fil-Kawża T-471/10, A. Bouquet u A. Szmytkowska, assistiti minn B. Doherty)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 4758, C (2010) 4748, C (2010) 4757, C (2010) 4751, C (2010) 4764, C (2010) 4750, C (2010) 4761, C (2010) 4767, C (2010) 4754, C (2010) 4753 u C (2010) 4752, tat-13 ta’ Lulju 2010, li jiċħdu l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Irlanda sabiex jiżdiedu l-għanijiet tal-Programm ta’ Gwida Multiannwali IV għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Diċembru 2001 sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni t-titjib fil-qasam tas-sigurtà fir-rigward tal-bastimenti Peader Elaine II, Heather Jane II, Pacelli, Marie Dawn, Westward Isle, Golden Rose, Shauna Ann, Antartic, Niamh Eoghan, Menhaden u Brendelen, li jappartjenu rispettivament lil P. McBride, lil H. McBride, lil Mullglen, lil C. Boyle, lil T. Flaherty, lil Ocean Trawlers, lil P. Fitzpatrick, lil E. McHugh, lil E. Hannigan, lil L. Murphy u lil B. Gill, adottati wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), permezz tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ April 2008, Flaherty  et vs Il-Kummissjoni (C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P, Ġabra p. I-2649) u tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2006, Boyle  et vs Il-Kummissjoni (T-218/03 sa T-240/03, Ġabra p. II-1699).DispożittivId-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 4758, C (2010) 4748, C (2010) 4757, C (2010) 4751, C (2010) 4764, C (2010) 4750, C (2010) 4761, C (2010) 4767, C (2010) 4754, C (2010) 4753 u C (2010) 4752, tat-13 ta’ Lulju 2010, li jiċħdu l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Irlanda sabiex jiżdiedu l-għanijiet tal-Programm ta’ Gwida Multiannwali IV għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Diċembru 2001 sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni t-titjib fil-qasam tas-sigurtà fir-rigward tal-bastimenti tar-rikorrenti huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.