Language of document : ECLI:EU:T:2013:527





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑457/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) — Klassifikazzjoni ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt — Konsorzju offerenti — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Locus standi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti indirizzata lil konsorzju offerenti li ma għandux personalità ġuridika — Rikors ta’ kumpannija membru tal-imsemmi konsorzju — Ammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 36, 37)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu tal-awtorità kontraenti li teskludi mill-proċedura offerent li jkun wettaq aġir ħażin serju fil-qasam professjonali — Offerent li jinvoka allegat aġir ħażin serju fil-qasam professjonali mwettaq mill-kumpannija parent ta’ membru fil-konsorzju li jkun ingħata l-kuntratt — Eżami mill-awtorità kontraenti tal-fatti invokati u tal-kwistjoni tal-imputazzjoni tal-aġir ħażin tal-kumpannija parent lis-sussidjarja tagħha (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 93(1)(c)) (ara l-punti 49, 53, 54)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti — Għażla mill-awtorità kontraenti — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 78, 110-112, 115-117)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 84, 143, 220)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Teħid inkunsiderazzjoni, bħala parti mill-motivazzjoni, tat-tweġibiet ta’ istituzzjoni għat-talbiet ta’ offerent eskluż — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ sostituzzjoni ta’ motivazzjoni ġdida flok il-motivazzjoni inizjali — Evalwazzjoni tal-elementi ta’ informazzjoni disponibbli għar-rikorrenti fil-mument li fih jiġi ppreżentat ir-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 85-92)

6.                     Rikors għal annullament — Suġġett — Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni marbuta fil-qrib ma’ deċiżjoni preċedenti — Ċaħda tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni preċedenti li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għal annullament tad-deċiżjoni sussegwenti (ara l-punt 223)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 226)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas‑16 ta’ Lulju 2010, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar “Servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198‑283663), għal-lott Nru 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra mis-sit”, fit-tielet, u mhux fl-ewwel, pożizzjoni u li tagħti l-ewwel u t-tieni pożizzjoni lil offerenti oħrajn, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informatika tal-Kummissjoni li huma relatati magħha, inklużi dawk li jingħataw il-kuntratti rispettivi lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.