Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim – Multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Gravità u tul tal-ksur – Kooperazzjoni – Assenza ta’ applikazzjoni tal-firxa ta’ multi probabbli kkomunikata waqt il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timab Industries (Dinard, Franza) u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (Saint-Malo, Franza) (rappreżentanti: N. Lenoir u M. Truffier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, B. Mongin u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5001 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38866 – Fosfati għall-għalf tal-annimali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Timab Industries kif ukoll Cie financière et de participations Roullier (CFPR) huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 346, 18.12.2010