Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Galina Evgenyevna Pumpyanskaya (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK, kif ukoll l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 (iktar ʼil-quddiem il-“kriterji ta’ elenkar ikkontestati”);

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 , kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2 (iktar ʼil-quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti (Entrata Nru 724).

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors taħt l-Artikolu 263 TFUE:

Motiv taħt l-Artikolu 277 TFUE, ibbażat fuq li l-kriterji ta’ elenkar ikkontestati huma f’konflitt irrisolvibbli mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, mal-valuri li fih u mal-Istat tad-dritt.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta inkluda l-isem tar-rikorrenti fl-annessi tal-atti kkontestati.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur illegali tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet, kif ukoll għall-proprjetà.

____________

1 ĠU 2022, L 239, p. 149.

1 ĠU 2022, L 239, p. 1.