Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2012 - BSH Bosch und Siemens Hausgeräte vs UASI (Wash & Coffee)

(Kawża T-5/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 992/2011-4 u tad-dipartiment tiegħu "Trade Marks" tal-11 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 9 094 459 sa fejn l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark ġiet miċħuda.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Wash & Coffee" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 37 u 43

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Uffiċċju naqas milli debitament jeżamina il-fatti li fuqhom huwa bbaża d-deċiżjoni tiegħu, kif ukoll ksur tal-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, peress li t-trade mark li fir-rigward tagħha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija ta' karattru distintiv.

____________