Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Jannar 2012 - Olive Line International vs UASI - Carapelli Firenze (Maestro de Oliva)

(Kawża T-4/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Carapelli Firenze SpA (Tavarnelle Val di Pesa (Firenze), l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors u tiddikkjara n-nuqqas ta' konformità mar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (li sar ir-Regolament Nru 297/2009) tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1612/2010-2 li permezz tagħha, filwaqt li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, tal-20 ta' Lulju 2010, mogħtija fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1344995, ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 938.133 għal parti mill-prodotti mitluba fil-klassijiet 29 u 30;

tikkundanna lill-konvenut, u, jekk ikun il-każ, lill-parti intervenjenti, għall-ispejjeż kollha tal-kawża u għal dawk li oriġinaw fil-fażi amministrattiva ta' oppożizzjoni u ta' appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għtat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja inkwistjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Maestro de Oliva" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Carapelli Firenza SpA.

Trade mark jew sinjali invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "MAESTRO" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal parti mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15(1)(a) u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 , peress li l-użu li l-konvenuta tagħmel mit-trade mark li saret oppożizzjoni għaliha jippreżupponi bdil intenzjonat tal-kunċett oriġinali tat-trade mark li tali trade mark tirrappreżenta u, għaldaqstant, hemm bdil sostanzjali tal-karattru distintiv tat-trade mark "MAESTRO", u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).