Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Godrej Industries u VVF vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/12)1

“Dumping – Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja – Aġġustament mitlub abbażi tal-konverżjoni tal-muniti – Oneru tal-prova – Dannu – Dazju antidumping definittiv”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Godrej Industries Ltd (Mumbai, l-Indja); u VVF Ltd (Mumbai) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Servais, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut : Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Hambourg, il-Ġermanja); Sasol Germany GmbH (Hambourg) (rappreżentanti: V. Akritidis, avukat, u J. Beck, solicitor); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

L-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Godrej Industries Ltd u VVF Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u ta’ Sasol Germany GmbH, kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.