Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta' Mejju 2010 - Ravensburger vs UASI - Educa Borras (MEMORY)

(Kawża T-108/09)1

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja MEMORY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru diskrittiv Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 77 -Regolament (KE) Nru 207/2009])

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Educa Borras, SA (Barcelone, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Jannar 2007 (Każ R 305/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Educa Borras, SA u Ravensburger AG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 129, 6.6.2009