Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - L-Italja u Brandt Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawżi maqħquda T-239/04 u T-323/04)1

"Għajnuna mill-Istat − Leġiżlazzjoni li tipprovdi miżuri urġenti favur l-impjiegi għall-impriżi f'diffikultà − Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil- kawża T-239/04: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: D. Del Gaizo, aġent)

Rikorrenti fil-kawża T-323/04: Brandt Italia SpA (Verolanuova, l-Italja) (rappreżentanti: M. van Empel, C. Visco u S. Lamarca, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, C. Gioito u E. Righini, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE tat-30 ta' Marzu 2004, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata mill-Italja dwar dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta' l-impjiegi (ĠU L 352, p. 10).

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kawża T-239/04.

Brandt Italia SpA tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kawża T-323/04.

____________

1 - ĠU C 217, 28.8.2004.