Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Marzu 2013 - Andersen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/11) 

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi favur l-impriża pubblika DSB - Kuntratti ta' servizz pubbliku għall-provvista ta' servizzi ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri bejn Kopenħagen u Ystad - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet legali sostantivi")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jørgen Andersen (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Nissen, G. van de Walle de Ghelcke u J. Rivas Andrés, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u L. Armati, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holdgaard, avukati); u Danske Statsbaner (DSB) (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal- 24 ta' Frar 2010, dwar il-kuntratti ta' servizz pubbliku ta' trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)) (ĠU 2011, L 7, p. 1).

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta' Frar 2010, dwar il-kuntratti ta' servizz pubbliku ta' trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)) huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Jørgen Andersen, bl-eċċezzjoni ta' dawk ikkawżati mill-interventi.

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn J. Andersen minħabba l-intervent tiegħu.

Danske Statsbaner (DSB) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn J. Andersen minħabba l-intervent tagħha.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011.