Language of document : ECLI:EU:T:2013:143





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013 – Andersen vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑92/11)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi favur l-impriża pubblika DSB – Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri bejn Kopenħagen u Ystad – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet legali sostantivi”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 29, 30)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill-partijiet imma li jiżviluppa argumenti oħrajn – Ammissibbiltà – Argumenti li jbiddlu l-kuntest tat-tilwima – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40, u l-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 31, 41)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Regoli sostantivi – Distinzjoni – Retroattività ta’ regola sostantiva – Kundizzjonijiet (ara l-punti 34‑36, 45, 56)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Għajnuna nnotifikata mingħajr ma titħallas – Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali sostantivi fis-seħħ fil-mument tat-teħid ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni(Artikolu 88 KE) (ara l-punti 39, 54)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Obbligu għall-Kummissjoni li tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna abbażi tar-regoli sostantivi fis-seħħ fil-mument tal-ħlas tagħha – Applikazzjoni tar-Regolament Nru 1370/2007 għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konklużi preċedentement għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament – Esklużjoni (Artikolu 87 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007) (ara l-punti 40‑57)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju  Limiti (Artikolu 87 KE) (ara l-punt 58)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il‑Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)) (ĠU 2011, L 7, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)) huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Jørgen Andersen, bl-eċċezzjoni ta’ dawk ikkawżati mill-interventi.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn J. Andersen minħabba l-intervent tiegħu.

4)

Danske Statsbaner (DSB) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn J. Andersen minħabba l-intervent tagħha.