Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2014 – ONP et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/11) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Franċiż tal-analiżi ta’ bijoloġija medika – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Assoċjazzjoni ta’ impriżi – Ordni professjonali – Suġġett tal-ispezzjoni u tal-investigazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur minħabba l-għan – Prezz minimu u ostakoli għall-iżvilupp ta’ gruppi ta’ laboratorji – Ksur uniku u kontinwu – Prova – Żbalji ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u żbalji ta’ liġi – Ammont tal-multa – Punt 37 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ordre national des pharmaciens (ONP) (Pariġi, Franza); Conseil national de l’Ordre des pharmaciens (CNOP) (Pariġi); u Conseil central de la section G de l’Ordre national des pharmaciens (CCG) (Pariġi) (rappreżentanti: O. Saumon, L. Defalque, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Giolito, B. Mongin, u N. von Lingen, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Labco (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Coppet u B. Dederichs, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8952 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] (Kawża 39510 – LABCO vs ONP), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.DispożittivL-ammont tal-multa imposta b’mod konġunt u solidali fuq l-Ordni Nazzjonali tal-Ispiżjara (ONP), fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ispiżjara (CNOP) u fuq il-Kunsill Ċentrali tat-Taqsima G tal-Ordni Nazzjonali tal-Ispiżjara (CCG) fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8952 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] (Kawża 39510 – LABCO vs ONP) huwa ffissat bħala EUR 4.75 miljuni.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u sehem wieħed minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-ONP, mis-CNOP u mis-CCG.L-ONP, is-CNOP u s-CCG għandhom ibatu disa’ ishma minn għaxra tal-ispejjeż tagħhom.Labco għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.