Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Diċembru 2010

Lenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Ħlas ta' spejjeż marbuta ma' kura mogħtija minn 'Heilpraktiker' - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Lenz (Osnabrük, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentata minn V. Lenz u J. Römer, avukati, sussegwentement minn V. Lenz, J. Römer u P. Birden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2009 li ma tirrimborsax l-ispejjeż marbuta ma' trattament mediku minn "Heilpraktiker".

Dispożittiv

Ir-rikors ta' E. Lenz huwa miċħud.

E. Lenz għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2209, p. 66.