Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 - Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/03)1

("Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Locus standi - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) ; u DHL International (Diegem, il-Belgju) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tad-Deutsche Post AG u DHL International.

____________

1 - ĠU C 35, 7.2.2004.