Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 – Chiboub vs Il-Kunsill
(Kawża T-188/11) 1
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ bażi legali”)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub (Abu Dabi, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: inizjalment G. Perrot u F. Gaudillière, sussegwentement M.-M. Le Roux, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro, G. Étienne u S. Cook, sussegwentement A. Vitro u G. Étienne, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u Ir-Repubblika tat-Tuneżija (rappreżentant: W. Bourdon, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/78/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72 (ĠU L 31, p. 40), u, it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub.
L-effetti tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72, kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2011/79, fir-rigward ta’ Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub huma miżmuma sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 101/2011 sa fejn dan jirrigwarda lil Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dowk sostnuti minn Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub.
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 ĠU C 145, 14.05.2011.