Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Lulju 2007 - B vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: B (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, imbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Servizz Pubbliku - L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-10 ta' Ottubru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti flimkien mad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' April 2005 li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta' l-espatrijazzjoni
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________1 - C 96, 22.4.06, p.35