Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Stromberg Menswear vs UASI - Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-457/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Trade mark Komunitarja verbali STORMBERG – Rikors kontra t-talba għal trasfomazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Rikors manifestament nieqes minn kull fundament fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stromberg Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u C. Tulley, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, Norveġja) (rappreżentanti: inizjalment T. Mølsgaard, sussegwentement J. Løje, avukati)

Suġġett

Rikkors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 428/2012-4), dwar it-talba għal trasformazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali mressqa minn Leketoy Stromberg Inter AS.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stromberg Menswear Ltd huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 63, 02.03.2013.