Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awissu 2013 – CEDC International vs UASI - Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT)

(Kawża T-449/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Wódek Polmos Łańcut S.A. (Łańcut, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 33/2012-4;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut u lill-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : trade mark figurattiva bil-kuluri aħdar, aħmar u deheb, li tirrapreżenta x-xbieha ta’ annimal bovin u li tinkludi l-element verbali “WISENT” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 142 039Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet kienu dawk ipprovduti fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja  Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalidaDeċiżj

oni tal-Bord tal-Appell: annulla d-deċiżjoni kkontestataMotivi invokati: ksur tal-A

rtikoli 53(1)(a), 8(1)(b), 8(5) flimkien mal-Artikoli 76(1), 75, 76(1) u (2) tar-Regolament dw

ar it-trade mark Komunitarja.