Language of document : ECLI:EU:T:2014:869

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

2 ta’ Ottubru 2014

Kawża T‑447/13 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru – Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Eċċezzjoni ta’ rikors parallel – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-143/11, ĠabraSP, EU:F:2013:81), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.

Sommarju

1.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Taxxa – Proċedura speċifika li teskludi l-użu ta’ proċedura għal responsabbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 92(1))

2.      Proċedura ġudizzjarja – Assenjazzjoni tal-kawżi fi ħdan it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Assenjazzjoni lill-Imħallef Relatur ta’ awla bi tliet Imħallfin bħala Imħallef Uniku – Assenza ta’ riferiment għan-nomina fil-proċess tal-kawża – Fatt li ma jistax ipoġġi indiskussjoni l-assenjazzjoni

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 14(1))

1.      Il-proċedura speċifika, prevista fl-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għat-tassazzjoni tal-ispejjeż, hija esklużiva għal talba tal-istess ammonti, jew ammonti li saru għall-istess finijiet, fil-kuntest ta’ kawża ppreżentata konformement mal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(ara l-punt 42)

Referenza:

Qorti Ġenerali: sentenza tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni, T‑351/03, Ġabra, EU:T:2007:212, punt 297, parzjalment annullata fl-appell b’sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric, C‑440/07 P, Ġabra, EU:C:2009:459, u d-digriet tal-15 ta’ Lulju 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑366/10 P, ĠabraSP, EU:T:2011:394, point 27

2.      Fir-rigward ta’ kawża assenjata lil awla bi tliet Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tinnomina lill-Imħallef Relatur tagħha biex jiddeċiedi l-kawża bħala Imħallef uniku konformement mal-Artikolu 14(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmi Tribunal, fil-każ fejn isem l-Imħallef imsemmi sedenti fl-Awla qabel id-deċiżjoni ta’ rinviju lil Imħallef uniku ma jirriżultax mid-dokumenti fil-proċess fl-ewwel istanza, ma jistax b’daqshekk jiġi dedott li l-Imħallef Relatur tal-awla bi tliet Imħallfin ma ġiex innominat bħala Imħallef uniku.

(ara l-punt 64)

Referenza:

Qorti Ġenerali: digriet tad-19 ta’ Ġunju 2014, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑503/13 P, EU:T:2014:596, punt 15