Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – CEDC International vs UASI – Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT)

(Kawża T-449/13)1

(“Trade mark Komunitarja Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva WISENT – Trade mark tridimensjonali preċedenti ŹUBRÓWKA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tat-trade marks – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Mrozowski u G. Rząsa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fabryka Wódek Polmos Łańcut SA (Łańcut, il-Polonja) (rappreżentant: A. Gorzkiewicz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 33/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Przedsiębiorstwo Polmos Białystok u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 33/2012-4) hija annullata.L-UASI u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn CEDC International sp. z o.o.

____________

1     ĠU C 304, 19.10.2013.