Language of document : ECLI:EU:T:2011:706





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011 – Hartmann vs UASI (Complete)

(Kawża T-123/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Complete – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Raġuni – Prodotti li jikkostitwixxu grupp omoġenju – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jiddistingwu l-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23, 25, 29, 36)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 15-18)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Complete bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009‑4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.