Language of document : ECLI:EU:T:2017:763

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

27 ta’ Ottubru 2017 (*)

“Rettifika”

Fil-Kawża T‑119/10,

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, irrappreżentat inizjalment minn Y. de Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti,

rikorrent,

sostnut minn

Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,

u minn

Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata inizjalment minn G. de Bergues u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, bħala aġenti,

intervenjenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn W. Roels u A. Steiblytė, bħala aġenti,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat‑23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008),

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),

komposta minn D. Gratsias, President, I. Labucka (Relatur) u I. Ulloa Rubio, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

tagħti l-preżenti

Digriet

1        Il-Qorti Ġenerali tat id-digriet tat-13 ta’ Settembru 2017, Il-Pajjiżi l‑Baxxi vs Il-Kummissjoni (T‑119/10, EU:T:2017:622).

2        Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2017, il-konvenuta talbet lill-Qorti Ġenerali tirrettifika żball fl-ismijiet tal-aġenti tal-Kummissjoni fil-parti introduttiva tal-imsemmi digriet.

3        Konformement mal-Artikolu 164(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi rrettifikat żball tal-pinna fil-parti introduttiva tal-imsemmi digriet fl-isem ta’ wieħed mill-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

tordna:

Fil-parti introduttiva tad-digriet tat-13 ta’ Settembru 2017, għandu jinqara “Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn W. Roels u A. Steiblytė, bħala aġenti” minflok “Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn R. Wim u A. Steiblytė, bħala aġenti”.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ottubru 2017.

Reġistratur

 

L-Imħallef

E. Coulon      H. Kanninen


* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.