Language of document :

Appell ippreżentat fis-27 ta' Frar 2012 minn Stefan Städter mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta' Diċembru 2011, fil-Kawża T-532/11, Stefan Städter vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-102/12 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Stefan Städter (rappreżentant: M.C. Kerber, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Permezz tad-digriet tal-15 ta' Novembru 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu.

____________