Language of document : ECLI:EU:C:2012:723





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Städter vs BĊE

(Kawża C-102/12 P)

“Appell — Deċiżjonijiet adottati mill-Bank Ċentrali Ewropew — Rikors għal annullament — Rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu — Appell manifestament infondat”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni — Kalkolu (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102) (ara l-punti 10-12)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 13-15)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2012, Städter vs BĊE (T‑532/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mir-rikorrent intiż għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, tas-6 ta’ Mejju 2010, tal-31 ta’ Marzu 2011 u tas-7 ta’ Lulju 2011, dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg, Irlandiż u Portugiż (ĠU L 117, p. 102; ĠU L 94, p. 33; ĠU L 182, p. 31), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tal-14 ta’ Mejju 2010, li tistabbilixxi programm għas-swieq tat-titoli (ĠU L 124, p. 8).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Stefan Städter għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.