Language of document : ECLI:EU:C:2021:759

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

BOBEK

ippreżentati fit‑23 ta’ Settembru 2021 (1)

Kawża C205/20

NE

vs

Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld,

intervenjenti:

Finanzpolizei Team 91

(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija))

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tas-servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE – Penalitajiet – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Effett dirett – Setgħat tal-qrati nazzjonali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-aggregazzjoni ta’ multi amministrattivi għal kull ksur imwettaq u li tistabbilixxi ammonti minimi mingħajr ma tiffissa ammonti massimi globali)






I.      Introduzzjoni

1.        Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penalitajiet għandu effett dirett? Jekk dan huwa l-każ, iżda anki jekk dan ma huwiex, x’inhu preċiżament rikjest mill-qorti nazzjonali adita b’tilwima li fiha hija tapplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet li diġà ġew iddikjarati sproporzjonati mill-Qorti tal-Ġustizzja?

2.        F’sensiela ta’ deċiżjonijiet preċedenti, mis-sentenza Maksimovic (2), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat bħala li huma sproporzjonati diversi elementi tar-reġim Awstrijak li jissanzjona l-ksur tal-obbligi ta’ ta’ żamma ta’ reġistri essenzjalment amministrattivi dwar il-kollokament tal-ħaddiema. Madankollu, wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlatur nazzjonali baqa’ inattiv. Il-qorti tar-rinviju hija inċerta dwar dak li hija għandha tagħmel f’każ bħal dan. Hija tirreferi għall-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik (3), li fiha dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni kważi identika ġiet iddikjarata nieqsa minn effett dirett u fejn il-possibbiltà li liġi nazzjonali tiġi interpretata konformi mad-dritt tal-Unjoni tqieset li hija eskluża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret l-obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kunfliġġenti.

3.        Fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni vera ta’ din il-kawża ma hijiex tant dak li għandha tagħmel il-qorti nazzjonali, iżda pjuttost dak li għandha tagħmel din il-Qorti tal-Ġustizzja. Din l-affermazzjoni bl-ebda mod ma tnaqqas l-importanza tal-kawża prinċipali u r-responsabbiltà finali li l-qorti nazzjonali tassumi dejjem sabiex tiddeċiedi każ partikolari. Huwa pjuttost sabiex jiġi rrikonoxxut li l-problemi li tqajjem id-deċiżjoni tar-rinviju f’din il-kawża huma ħafna minnhom attribwibbli lil indikazzjonijiet li ma humiex ċari maħruġa mill-Qorti tal-Ġustizzja stess.

II.    Ilkuntest ġuridiku

A.      Iddritt talUnjoni

4.        Il-premessa 44 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (4), taqra kif ġej: “Minkejja l-istabbiliment ta’ regoli aktar uniformi fir-rigward tal-infurzar transkonfinali ta’ penali u/jew multi amministrattivi u l-ħtieġa għal aktar kriteriji komuni għal proċeduri ta’ segwitu aktar effettivi f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tagħhom, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sistema tagħhom ta’ penali, sanzjonijiet u multi jew il-miżuri ta’ rkupru disponibbli skont il-liġi nazzjonalitagħhom. Għaldaqstant, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew l-eżekuzzjoni ta’ tali penali u/jew multi jista’, jekk adatt, u filwaqt li tiġi meqjusal-liġi nazzjonali u/jew il-prassi fl-Istat Membru mitlub, jiġi kompletat u akkumpanjat minn titolu, jew sostitwit bih, li jippermetti l-infurzar jew l-eżekuzzjoni tiegħu fl-Istat Membru mitlub.”

5.        L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, bl-isem “Penali”, jipprevedi:

“L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati u li jkun hemm konformità magħhom. Il- penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat‑18 ta’ Ġunju 2016. Huma għandhom jinnotifikawlhom mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti.”

B.      Iddritt nazzjonali

6.        L-Artikolu 16(1) u (2) tal-Verwaltungsstrafgesetz (il-Liġi dwar Ksur Amministrattiv) (5), jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati pieni li jċaħħdu l-libertà bħala penali ta’ sostituzzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament tal-multi.

7.        L-Artikolu 52(1) u (2) tal-Verwaltungsgerichtsverfahrensgesetz (il-Liġi dwar ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Amministrattivi) (6), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej:

“1.      Kull sentenza mogħtija minn qorti amministrattiva li tikkonferma deċiżjoni amministrattiva li timponi penali (Straferkenntnis) għandha tordna lill-persuna kkundannata tħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż.

2.      Din il-kontribuzzjoni, fil-proċeduri ta’ lment amministrattiv, tammonta għal 20 % tas-sanzjoni imposta, iżda mhux inqas minn EUR 10; jekk ġiet imposta piena ta’ priġunerija, jum ta’ detenzjoni hija ekwivalenti għal EUR 100 għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ispejjeż. […]”

8.        L-Artikolu 26(1) tal-Lohn- und Sozialdumping-Bekämpfungsgesetz (il-Liġi dwar il-Ġlieda Kontra d-Dumping Soċjali u tal-Pagi, iktar ’il quddiem il-“LSD-BG”) (7), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:

“Kull min, bħala persuna li timpjega jew imprenditur li jikkolloka ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 19(1):

1.      li ma jagħmilx id-dikjarazzjoni, inklużi emendi sussegwenti tad-data (dikjarazzjoni ta’ bdil) bi ksur tal-Artikolu 19, jew li ma jagħmilx dan fi żmien xieraq jew b’mod komplet, jew

3.      li ma għandux id-dokumenti rikjesti bi ksur tal-Artikolu 21(1) jew (2), jew ma jqegħedhomx għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet fiskali fuq il-post […] f’forma elettronika,

li jwettaq ksur amministrattiv u huwa ssanzjonat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ EUR 1 000 sa EUR 10 000 u, fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR 2 000 sa EUR 20 000”.

9.        L-Artikolu 27(1) tal-LSD‑BG jipprevedi:

“Kull min jonqos milli jibgħat id-dokumenti meħtieġa bi ksur tal-Artikolu 12(1)(3) iwettaq ksur amministrattiv u huwa ssanzjonat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ EUR 500 sa EUR 5 000 u, fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR 1 000 sa EUR 10 000 […]”.

10.      L-Artikolu 28 tal-LSD‑BG huwa fformulat kif ġej:

“Kull min, bħala

1.      persuna li timpjega, ma għandhiex disponibbli id-dokumenti dwar is-salarji bi ksur tal-Artikolu 22(1) jew (1a), […]

iwettaq ksur amministrattiv u huwa ppenalizzat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ EUR 1 000 sa EUR 10 000 u, fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR 2 000 sa EUR 20 000; meta iktar minn tliet ħaddiema huma kkonċernati, din il-multa hija fis-somma ta’ EUR 2 000 sa EUR 20 000, għal kull ħaddiem ikkonċernat u, fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR 4 000 sa EUR 50 000.”

III. Ilfatti, ilproċeduri nazzjonali u ddomandi preliminari

11.      CONVOI s.r.o. hija kumpannija stabbilita fis-Slovakkja. Hija kkollokat l-impjegati tagħha mal-kumpannija Niedec Global Appliance Austria GmbH, (iktar ’il quddiem “Niedec”) stabbilita f’Fürstenfeld (l-Awstrija). Fl‑24 ta’ Jannar 2018, l-awtorità amministrattiva tad-distrett ta’ Hartberg-Fürstenfeld (l-Awstrija) wettqet spezzjoni ma’ Niedec. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑14 ta’ Ġunju 2018, din l-awtorità amministrattiva kkundannat lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentant ta’ CONVOI s.r.o., għall-ħlas ta’ multa ta’ somma totali ta’ EUR 54 000 minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ numru ta’ obbligi previsti mil-LSD-BG, relatati b’mod partikolari mat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti relatati mas-salarji u mas-sigurtà soċjali (8).

12.      Permezz ta’ deċiżjoni tad‑9 ta’ Ottubru 2018, il-qorti tar-rinviju ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-penalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali inkwistjoni.

13.      Għal din id-domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet permezz ta’ digriet motivat skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Nru I) (9) B’dan il-mod, hija bbażat ruħha fuq is-sentenza tagħha mogħtija fil-kawża Maksimovic (10), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba tiddeċiedi fuq kwistjonijiet simili ħafna abbażi tal-Artikolu 56 TFUE.

14.      Permezz tad-digriet maħruġ preċedentement fl-(istess) kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali fil-qasam tad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u taż-żamma tar-reġistru tal-pagi, l-impożizzjoni ta’ multi li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont minimu ddefinit minn qabel; li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu; li magħhom hija miżjuda kontribuzzjoni għall-ispejjeż legali ta’ 20 % tas-somma tal-multi fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors kontra d-deċiżjoni li timponi fuqhom dawn il-multi (11).

15.      Il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-istess konklużjoni (ukoll skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura), fid-deċiżjoni tal-Kawżi magħquda C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19 (12), li jirriżultaw mill-istess qorti tar-rinviju, imqajma fil-kuntest ta’ kawżi differenti, iżda f’ċirkustanzi fattwali pjuttost simili. F’dawn il-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha wkoll fuq dak li kienet diġà ddikjarat fis-sentenza Maksimovic.

16.      F’dan il-każ, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Nru I), il-qorti tar-rinviju tirrileva madankollu li l-leġiżlatur nazzjonali għadu ma emendax il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-qorti tar-rinviju għandha għalhekk dubji dwar sa fejn tista’ tapplika dawn ir-regoli. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod iktar preċiż, jekk id-dispożizzjonijiet kriminali inkwistjoni, li jibqgħu fis-seħħ, jistgħux jibqgħu jiġu applikati u, jekk ikun il-każ, sa fejn.

17.      Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-qrati Awstrijaċi taw sentenzi diverġenti f’dan il-qasam. Minn naħa, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Awstrija), iddeċidiet li sabiex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, hija obbligata li ma tapplikax il-kliem “għal kull ħaddiem ikkonċernat” (13). Għalhekk, din il-qorti effettivament naqqset u llimitat l-ammont totali ta’ penalitajiet li jistgħu jiġu imposti, filwaqt li xorta ppermettiet li jiġu imposti penalitajiet (14).

18.      Min-naħa l-oħra, il-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Awstrija) annullat (kompletament u b’mod sħiħ) il-penalitajiet imposti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni f’diversi sentenzi (15). Il-qorti tar-rinviju tispjega li dawn is-sentenzi tal-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) ġew interpretati minn ċerti qrati nazzjonali fis-sens li ma huwiex permess bl-ebda mod li tkompli tapplika l-penalitajiet inkwistjoni. Dan ifisser għalhekk li ebda penali ma tista’ tiġi imposta fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet iddikjarati sproporzjonati mill-Qorti tal-Ġustizzja sakemm tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida.

19.      Madankollu jidher li l-maġġoranza tal-qrati amministrattivi segwew il-pożizzjoni tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema). Madankollu, dejjem jidhru li jwasslu għal riżultati pjuttost differenti: ċerti qrati jistabbilixxu l-ammont tal-penali fil-livell tal-sanzjoni minima. Fil-każijiet l-oħra, l-ammont totali tal-penali huwa ffissat b’mod li jikkorrispondi kważi għas-somma tas-sanzjonijiet individwali li ġew imposti għal kull ksur. Barra minn hekk, diversi qrati amministrattivi adottaw l-interpretazzjoni tagħhom stess tas-sentenza Maksimovic u jkomplu japplikaw sanzjonijiet kumulattivi.

20.      Huwa f’dan il-kuntest li l-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

“(1)      Ir-rekwiżit ta’ sanzjonijiet proporzjonati, stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘ir-Regolament tal-IMI’) u interpretat fid-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld [C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108] u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, [C‑140/19, C‑141/19, C‑492/19 sa C‑494/19], EU:C:2019:1103] jikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ direttiva applikabbli direttament?

2)      Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Istati Membri b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni tippermetti u teżiġi li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri jikkompletaw il-każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’din il-kawża permezz tal-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, [mhux ippubblikat] ECLI:EU:C:2019:1108) u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19, C‑492/19, C‑493/19 u C‑494/19, [mhux ippubblikat] ECLI:EU:C:2019:1103), mingħajr ma jkunu ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda fid-dritt nazzjonali?”

21.      Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern Ċek, Awstrijak u Pollakk kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.

IV.    Analiżi

22.      Dawn il-konklużjonijiet huma mqassma kif ġej. Ser nibda bl-ewwel domanda: l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, jew iktar speċifikament ir-rekwiżit tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet li jinsab fiha, għandu effett dirett (A)? Sussegwentament, ser indur għall-konsegwenzi tal-effett dirett (jew l-assenza tiegħu) ta’ dan ir-rekwiżit għall-każ inkwistjoni (B). Fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità li jinsab fid-dispożizzjoni li tobbliga lill-Istati Membri jadottaw sistema ta’ sanzjonijiet “effettivi, proporzjonati u dissważivi” għandu effett dirett. Madankollu, minħabba li hemm tensjoni, tal-inqas, bejn din il-proposta u l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik, ser nikkonkludi b’suġġeriment fuq il-mod kif ser nipproċedi (C).

A.      Irrekwiżit ta’ proporzjonalità talpenali għandu effett dirett?

23.      L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jimponi fuq l-Istati Membri li “jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva” u li “jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati u li jkun hemm konformità magħhom”. Dan jirrikjedi li dawn is-sanzjonijiet ikunu “effettivi, proporzjonati u dissważivi”.

24.      Fid-digriet tagħha fil-kawża Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Nru I), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tal-kawża prinċipali f’din il-kawża (16), li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jinkiser mid-dispożizzjonijiet Awstrijaċi inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità (17).

25.      Il-qorti tar-rinviju tistaqsi issa għal kjarifika dwar il-konsegwenzi prattiċi ta’ din l-ewwel deċiżjoni. Hija tistaqsi, b’mod partikolari, x’għandha tagħmel preċiżament fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jibqgħu fis-seħħ. Il-qorti tar-rinviju hija konxja sew tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik u mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta adita b’domanda dwar l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE (18), dispożizzjoni kważi identika għal dik tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, irrispondiet fin-negattiv. Madankollu, sabiex tiddeċiedi fuq il-kawża li tressqet quddiemha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-istess konklużjoni tapplikax ukoll f’dak li jikkonċerna l-effett dirett tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67.

26.      F’din it-taqsima, ser infakkar il-punti prinċipali tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik (1). Sussegwentement, ser nispjega għalfejn (għadni) nikkunsidra li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu effett dirett, billi ntenni mhux biss l-argumenti diġà esposti fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Link Logistik (19) (2), iżda wkoll xi kunsiderazzjonijiet, b’mod partikolari ta’ natura sistematika (3).

1.      Ilpożizzjoni talQorti talĠustizzja filkawża Link Logistik

27.      Ix-xebh bejn Link Logistik u din il-kawża huwa inkwetanti. Qabel kollox, fis-sentenza Euro-Team u Spirál-Gép, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-leġiżlazzjoni Ungeriża li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multi b’rata fissa għall-assenza ta’ pagament ta tariffi tat-triq, indipendentement min-natura u l-gravità tal-ksur, kienet tikser ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 (20).

28.      Sussegwentement, quddiem tali dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà, fil-kawża Link Logistik, qorti Ungeriża oħra għamlet domandi preċiżi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effetti prattiċi tad-deċiżjoni tagħha fil-kawża Euro-Team u Spirál-Gép. Kif kellha tittieħed inkunsiderazzjoni din id-dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà minn qorti nazzjonali u applikata għal każijiet individwali? B’mod partikolari, qamet il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 (21), dispożizzjoni li l-formulazzjoni tagħha hija qrib ħafna għal dik tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, kellhiex effett dirett u x’setgħu jew x’kellhom jagħmlu l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi f’din il-kawża.

29.      Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża Link Logistik iddeċidiet, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 ma kellux effett dirett. Il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel ikkonstat li “sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-kuntest tad-Direttiva 1999/62, l-Istati Membri huma meħtieġa jadottaw l-atti legali neċessarji skont id-dritt nazzjonali tagħhom, u għalhekk l-Artikolu 9a ta’ din id-direttiva jistabbilixxi obbligu li, min-natura tiegħu stess, jeħtieġ l-intervent ta’ att min-naħa ta’ dawn l-Istati Membri, li għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fit-traspożizzjoni ta’ dan l-obbligu” (22). Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad iddeċidiet li “din id-direttiva ma tinkludix regoli iktar speċifiċi fir-rigward tal-istabbiliment tal-imsemmija sanzjonijiet nazzjonali u, b’mod partikolari, ma tistabbilixxi ebda kriterju espliċitu għall-evalwazzjoni tan-natura proporzjonata ta’ tali sanzjonijiet” (23). Konsegwentament, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li “peress li jeħtieġ l-intervent tal-Istati Membri u jagħtihom marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevoli, l-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 ma jistax jitqies, mill-perspettiva tal-kontenut tiegħu, li huwa inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż, u dan jeskludi l-effett dirett tiegħu” (24).

30.      Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li “interpretazzjoni kuntrarja twassal, fil-prattika, għal eliminazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija esklużivament lil-leġiżlaturi nazzjonali, li huwa l-kompitu tagħhom li jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet adegwata, fil-qafas iddefinit mill-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62” (25). Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad ikkonkludiet, fir-rigward tal-kwistjoni tal-effett dirett, li “f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti nazzjonali tieħu post il-leġiżlatur nazzjonali” (26).

2.      Għaliex irrekwiżit ta’ proporzjonalità huwa effettiv direttament

31.      Fir-rigward tal-kriterju tal-effett dirett, u konformement mal-ġurisprudenza klassika tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom jiġu applikati f’tali każijiet, nista’ biss niġbor fil-qosor l-argumenti diġà esposti fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Link Logistik (27). Ser nuża wkoll din l-okkażjoni sabiex nikkjarifika xi wħud minn dawn l-argumenti u nżid diversi kunsiderazzjonijiet oħra ta’ natura iktar sistematika fis-sezzjoni segwenti ta’ dawn il-konklużjonijiet.

32.      L-effett dirett huwa l-kapaċità ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li tiġi ġustizzjabbli fuq livell nazzjonali, direttament quddiem il-qorti nazzjonali, mingħajr ma jkun neċessarju li jintużaw “intermedjarji” oħra tad-dritt nazzjonali. Huwa jikkostitwixxi amalgamazzjoni effettiva ta’ żewġ serje ta’ regoli applikabbli għall-każ: dak nazzjonali u dak tal-Unjoni. Huwa għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ dispożizzjoni legali individwali jew ta’ parti minnha li għandha tiġi applikata quddiem l-awtorità nazzjonali. Din għandha tiġi evalwata skont in-natura, l-istruttura ġenerali u l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni. Id-dispożizzjoni kkontestata hija suffiċjentement ċara, preċiża u inkundizzjonata sabiex tkun tista’ tiġi invokata quddiem il-qrati (28)?

33.      Skont il-Kummissjoni, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu effett dirett. Din hija suffiċjentement ċara, preċiża u inkundizzjonata. Min-naħa l-oħra, billi jibbażaw ruħhom fuq il-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik, il-Gvern Awstrijak u dak Pollakk isostnu li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni suffiċjenti, peress li jirrikjedi l-intervent tal-Istati Membri u jħallilhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’. Il-Gvern Ċek iqis li ma huwiex neċessarju li n-natura inkundizzjonata u suffiċjentement preċiża tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 tiġi indirizzata peress li, fi kwalunkwe każ, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi b’mod assolut l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva, li kienu trasposti b’mod żbaljat kontra l-individwi. Dan jidher li huwa l-każ fil-kawża prinċipali peress li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni tad-dritt Awstrijak ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

34.      Naqbel mal-Kummissjoni. Fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 huwa suffiċjentement ċar, preċiż u inkundizzjonat. Fir-rigward ta’ dan ir-rekwiżit speċifiku, il-kundizzjonijiet ta’ effett dirett huma ssodisfatti.

35.      Fl-ewwel lok, il-kriterji ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni huma ssodisfatti.

36.      Ċertament, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità jista’ jidher prima facie vag. Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li n-natura “ċara u preċiża” ta’ dispożizzjoni hija kunċett pjuttost elastiku: dispożizzjoni tista’ tissodisfa dawn ir-rekwiżiti filwaqt li tinkludi kunċetti indeterminati, jew vagi, jew kunċetti ġuridiċi indeterminati (29).

37.      F’din il-kawża, it-tifsira u l-konsegwenzi eżatti tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fil-kuntest ta’ sanzjonijiet huma faċilment konċepibbli: is-sanzjonijiet imposti ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex jinkiseb l-għan imfittex. Huwa wkoll pjuttost ċar fir-rigward ta’ xiex is-sanzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati: dawn għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità tal-ksur imwettaq (30). Fil-qosor, fil-qasam tas-sanzjonijiet, il-prinċipju ta’ proporzjonalità “jirrikjedi, minn naħa, li s-sanzjoni imposta tikkorrispondi għall-gravità tal-ksur u, min-naħa l-oħra, li, meta tiġi ddeterminata s-sanzjoni kif ukoll meta jiġi ffissat l-ammont tal-multa, jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi individwali tal-każ ineżami” (31). B’mod iktar partikolari, f’dan il-każ, dan ifisser li l-evalwazzjoni għandha ssir fil-kuntest speċifiku tad-Direttiva 2014/67, li jiddefinixxi l-għanijiet u l-kuntest tal-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet.

38.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi indikazzjonijiet estensivi dwar il-kontenut tal-kriterju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju timplika ċertu livell ta’ evalwazzjoni ġudizzjarja/amministrattiva, u għalhekk, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni. Madankollu, dak li għandu jiġi enfasizzat, f’dan il-kuntest, huwa li ċ-ċarezza ta’ regola ma għandhiex tiġi konfuża maċ-ċarezza tar-riżultat li għaliha twassal l-applikazzjoni ta’ din ir-regola f’kull każ individwali (32). Il-proporzjonalità tas-sanzjonijiet tikkostitwixxi eżempju fundamentali f’dan ir-rigward. Ikun xi jkun in-numru ta’ linji gwida jew ta’ sentenzi li jista’ jkun hemm li jinterpretaw dan il-kunċett, ikun għad hemm ċerta indeterminazzjoni fl-applikazzjoni tal-imsemmi kunċett, minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ individwali (33). Dejjem ikun hemm ċertu livell ta’ inċertezza fir-rigward tar-riżultat, iżda dan ma jfissirx li ser ikun hemm inċertezza ta’ livell ġenerali dwar dak li tirrikjedi r-regola (34).

39.      Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità jidher ċar u preċiż ukoll mill-perspettiva tal-awtoritajiet mitluba japplikawh b’mod regolari, jiġifieri l-qrati u l-korpi amministrattivi nazzjonali, li huma (jew għandhom ikunu) effettivament familjari sew u mgħammra sew sabiex jimplimentaw l-kriterju ta’ proporzjonalità, fil-kuntest partikolari tas-sanzjonijiet. Indipendentement mis-setgħa tagħhom li jwettqu tali tip ta’ evalwazzjoni fid-dritt nazzjonali, huwa wkoll paċifiku li l-Qorti tal-Ġustizzja tħalli f’idejn il-qrati nazzjonali l-kompitu li jwettqu l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità ta’ miżura nazzjonali, inkluża l-proporzjonalità tas-sanzjonijiet (35).

40.      Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jissodisfa wkoll ir-rekwiżit ta’ inkundizzjonalità.

41.      Dan il-kriterju jimplika li d-dispożizzjoni tal-Unjoni ma timponi l-ebda miżura ulterjuri. L-Istati Membri ma għandhom jitħallew l-ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, il-ġurisprudenza turi li, minkejja l-eżistenza ta’ ċerta setgħa diskrezzjonali min-naħa tal-Istati Membri, il-kundizzjonijiet tal-effett dirett jistgħu xorta jiġu ssodisfatti jekk il-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet nazzjonali eċċedewx id-diskrezzjoni tagħhom tista’ tiġi mistħarrġa ġudizzjarjament (36). Dan huwa wkoll il-każ meta jista’ jiġi aċċertat livell minimu ta’ garanzija jew protezzjoni (37), u jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ stħarriġ ġudizzjarju jekk dak il-livell minimu kien irrispettat (38).

42.      Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi rrilevat, fir-rigward tan-natura inkundizzjonata tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet, li l-applikabbiltà ta’ dan ir-rekwiżit ma hija suġġetta għal ebda kundizzjoni preliminari. Ir-rwol tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fil-qasam tas-sanzjonijiet, bħala manifestazzjoni speċifika tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala limitu fl-azzjoni tal-awtoritajiet amministrattivi, jindika b’mod ċar kontenut jew protezzjoni “minima”. Kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, anki jekk ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni, hija timponilhom limitu suffiċjentement ċar: is-sanzjonijiet ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju.

43.      Is-sentenza Link Logistik eskludiet l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 abbażi ta’ kunċett strett ħafna ta’ ċarezza, ta’ preċiżjoni u ta’ inkundizzjonalità. Il-fatt, irrilevat fil-punt 51 tas-sentenza Link Logistik, li dispożizzjoni ta’ direttiva teħtieġ traspożizzjoni permezz tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali (39), ma jistax fih innifsu jeskludi l-effett dirett ta’ dispożizzjoni li tinsab f’tali direttiva. Kieku dan kellu jkun il-każ, id-direttivi jkunu dejjem impediti milli jkollhom effett dirett fil-każ ta’ traspożizzjoni tardiva, ineżistenti jew saħansitra inkorretta mil-leġiżlatur nazzjonali.

44.      Huwa minnu li d-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet imsemmija kemm fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 kif ukoll fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, inkwistjoni f’dan il-każ, ma jinkludux regoli preċiżi fil-qasam tal-istabbiliment tas-sanzjonijiet, kif irrilevat fil-punt 52 tas-sentenza Link Logistik. Madankollu, dan ma jeskludix iċ-ċarezza, il-preċiżjoni u n-natura inkundizzjonata tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità, u lanqas il-projbizzjoni korrelattiva li jiġu adottati sanzjonijiet sproporzjonati. Fi kliem ieħor, in-neċessità ta’ intervent tal-Istati Membri u l-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom jaffettwaw ġeneralment l-implimentazzjoni ta’ sistema kompleta ta’ sanzjonijiet (40), iżda mhux il-kontenut materjali tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità u tal-obbligi li hija ssemmi.

45.      Fil-qosor, naturalment naqbel mal-Qorti tal-Ġustizzja li l-għażla inizjali tan-natura, tat-tip u l-firxa tal-penalitajiet issir u għandha ssir mil-leġiżlatur nazzjonali waqt it-traspożizzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, bħall-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62, jew l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 f’dan ir-rigward. Madankollu, għar-raġunijiet kollha esposti f’din it-taqsima, dan ċertament ma jipprekludix li, essenzjalment id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-leġiżlatur nazzjonali għandu jittrasponi, uħud minnhom, bħar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet, ikunu diġà fihom innifishom ta’ effett dirett u għalhekk ġustizzjabbli, jekk il-kawża u n-neċessità jippreżentaw ruħhom, quddiem il-qrati nazzjonali.

3.      Elementi addizzjonali li jiġġustifikaw leffett dirett tarrekwiżit ta’ proporzjonalità

46.      Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi kunsiderazzjonijiet addizzjonali meta tittieħed pożizzjoni dwar ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67. Fil-fatt, minn perspettiva iktar wiesgħa u sistematika, huwa perikoluż li jiġi ssuġġerit li l-konkretizzazzjoni tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fi ħdan din id-dispożizzjoni speċifika hija ’l bogħod milli tkun dispożizzjoni fit-tul u iżolata, kemm fid-dimensjoni vertikali tagħha (ir-relazzjoni tagħha mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, (iktar ’il quddiem il-“Karta”), fit-Trattati u prinċipji ġenerali tad-dritt) kif ukoll f’dik orizzontali (ma’ diversi dispożizzjonijiet kważi identiċi fuq diversi strumenti oħra tad-dritt sekondarju). Kif juru b’mod ċar din il-kawża u l-kwistjonijiet mqajma fiha, l-għażla eżerċitata f’Link Logistik għandha riperkussjonijiet u tipproduċi effetti li jinxterdu fuq il-livell globali tad-dritt tal-Unjoni.

47.      L-ewwel, il-fatt li jiġi miċħud l-effett dirett tad-dispożizzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, li tinkludi r-rekwiżit ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-penalitajiet f’qasam speċifiku, jista’ jwassal ukoll għaċ-ċaħda tan-natura direttament applikabbli tal-Artikolu 49(3) tal-Karta u l-projbizzjoni ta’ sanzjonijiet sproporzjonati.

48.      Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ħaditx pożizzjoni espressa fir-rigward ta’ dan id-dritt speċifiku tal-Karta. Issa, fid-dawl tad-direzzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza l-iktar reċenti fil-qasam tal-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tal-Karta, ir-rifjut tal-effett dirett tal-Artikolu 49(3) tal-Karta huwa riżultat pjuttost sorprendenti. Fil-fatt, b’mod simili (jew saħansitra iktar) dispożizzjonijiet jew prinċipji vagi, bħad-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (41), il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi ta’ reliġjon jew twemmin (42), il-prinċipju ne bis in idem (43), jew id-dritt għal vaganzi mħallsa (44), ġew iddikjarati li għandhom effett dirett reċentament (45). Wara li kkunsidrat il-preċiżjoni, iċ-ċarezza u n-natura inkundizzjonata tar-regola inkwistjoni, il-projbizzjoni ta’ penali sproporzjonati toħroġ, fil-fehma tiegħi, bħala kandidat ferm iktar ikkwalifikat għal effett dirett.

49.      It-tieni, element ta’ proporzjonalità huwa integrat fil-kontenut tal-libertajiet fundamentali kollha. Anki jekk forsi mhux dejjem tissemma espressament f’dispożizzjoni tat-Trattat li tkopri libertà fundamentali bħala tali, hija għandha t-tendenza li tiddaħħal permezz tal-ġurisprudenza u applikata fil-kuntest tal-kriterju tal-analiżi tal-ġustifikazzjonijiet tar-restrizzjonijiet jew tal-prattiki indirettament diskriminatorji (46).

50.      Dan huwa, b’mod partikolari, viżibbli meta mqabbel mal-kuntest ġuridiku applikabbli għal din il-kawża. Fil-kawża Maksimovic, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom kontenut kważi identiku għall-priżma tar-regoli ta’ moviment liberu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kienu kuntrarji għall-Artikolu 56 TFUE minħabba n-natura sproporzjonata tagħhom (47). Issa, ma hemm l-ebda dubju li l-Artikolu 56 TFUE għandu effett dirett (48).

51.      F’tali ċirkustanzi, ikun għall-inqas paradossali li jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tas-sanzjonijiet għandhom jiġu mwarrba peress li jmorru kontra l-projbizzjoni ġenerali li jiġu introdotti ostakoli sproporzjonati għall-moviment liberu skont l-Artikolu 56 TFUE, iżda li jiġi konkluż li d-dispożizzjoni iktar speċifika li tikkonċerna l-proporzjonalità tas-sanzjonijiet fi ħdan id-direttiva iktar speċifika fuq il-kwistjoni tal-kollokament ta’ ħaddiema ma għandhiex effett dirett.

52.      Barra minn hekk, il-kontenut tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità jibqa’ apparentement l-istess, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk dan ġiex eżaminat fil-kuntest tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jew f’dak tad-dispożizzjoni iktar ġenerali tal-Artikolu 56 TFUE. Iż-żewġ digrieti sussegwenti dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/67 (49), jirriproduċu kważi verbatim, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 20 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, il-motivazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Maksimovic fir-rigward tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE. Huwa x-xebh ma’ Maksimovic li kkontribwixxa għall-adozzjoni ta’ digrieti motivati abbażi tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura.

53.      It-tielet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat impliċitament li d-dispożizzjoni tat-TFUE li tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jadottaw sanzjonijiet effettivi sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 325 TFUE, għandha effett dirett. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet espressament l-obbligu għall-Istati Membri li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji għal dan ir-rekwiżit (50). Skont il-linja ta’ ġurisprudenza li tirriżulta minn din id-dispożizzjoni, l-enfasi madankollu tiffoka mhux fuq il-proporzjonalità, iżda fuq ir-rekwiżit ta’ effettività.

54.      Madankollu, huwa diffiċilment konċepibbli li r-rekwiżit ta’ effettività li jinsab f’din id-dispożizzjoni jkun fil-fatt ċar, preċiż u inkundizzjonat biżżejjed, iżda r-rekwiżit ta’ proporzjonalità ma huwiex. Minbarra l-inkoerenza li ftit hija ġustifikabbli ta’ tali teżi, ikun hemm ukoll soluzzjoni pjuttost moralment kontestabbli ta’ tali distinzjoni potenzjali. Huwa biss ir-rekwiżit ta’ effettività, li jwassal għal nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li trendi s-sanzjonijiet inqas effettivi, u, għalhekk sitwazzjoni finalment iktar oneruża għall-individwi, li jista’ jkollu effett dirett. In-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jiksru r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, li għalhekk iservi favur l-interessi tal-individwi ssanzjonati, ma jistax jipproduċi effett dirett.

55.      Ir-raba’ u fl-aħħar, kif turi din il-kawża, deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni tal-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet huwa probabbli li jkollha riperkussjonijiet orizzontali f’diversi skemi oħra ta’ dritt sekondarju lil hinn mid-Direttiva 2014/67 jew mid-Direttiva 1999/62 f’dan ir-rigward. Hemm numru kbir ta’ direttivi f’diversi oqsma tad-dritt tal-Unjoni li fihom dispożizzjoni kważi identika u klassika dwar is-sanzjonijiet, li jippreċiżaw li s-sanzjonijiet jew penali previsti mill-Istat Membru għandhom ikunu “effettivi, proporzjonati u dissważivi”.

56.      Ċertament, kull direttiva partikolari tirregola elementi, kwistjonijiet jew oqsma ġuridiċi differenti. Madankollu, ma iniex ċert kif dan il-fatt jista’ jikkontribwixxi sabiex issir distinzjoni bejn il-preċiżjoni, iċ-ċarezza jew il-kundizzjonalità tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet li jibqa’ fformulat f’termini kważi identiċi f’dawn l-istrumenti kollha. Ċertament, fid-dawl tal-kwistjoni regolatorja u t-tip ta’ ksur li għandu jiġi ssanzjonat, il-firxa speċifika tas-sanzjonijiet proporzjonati jista’ jvarja. Loġikament, in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffa tat-triq huwa, min-natura tiegħu, il-gravità tiegħu, b’tali mod li s-sanzjonijiet li jistgħu raġonevolment jiġu imposti, jistgħu jkunu differenti, pereżempju, min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi ppreżentata offerta pubblika obbligatorja ta’ xiri wara li tkun akkwistat sehem maġġoritarju f’kumpannija, minn naħa, jew tunnellati ta’ skart tossiku mitfugħ fi xmara, min-naħa l-oħra.

57.      Madankollu, fil-fehma tiegħi, f’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, in-natura u l-kontenut tar-rekwiżit (ta’ effett dirett) ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet jibqgħu l-istess indipendentement mill-qasam regolatorju. Il-qasam tad-dritt u t-tip ta’ ksur li għandhom jiġi puniti jikkostitwixxu biss sempliċi element fattwali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni u integrat fl-ekwazzjoni tal-proporzjonalità, barra minn hekk identika, bejn l-għanijiet u l-mezzi (51).

58.      Fil-fehma tiegħi, dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jippermettu li jiġi konkluż li, kuntrarjament għal dak li ddikjarat is-sentenza Link Logistik, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu effett dirett.

B.      Ilkonsegwenzi speċifiċi taleffett dirett tarrekwiżit ta’ proporzjonalità

59.      Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk, fl-assenza ta’ intervent tal-leġiżlatur, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt Ewropew tippermettix (jew anki tirrikjedix) lill-qrati nazzjonali, jikkompletaw il-leġiżlazzjoni Awstrijaka qabel ma l-leġiżlatur jemendaha, sabiex jippreżervaw ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67.

60.      Għandhom isiru żewġ preċiżazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-ipoteżijiet li fuqhom din id-domanda hija apparentement ibbażata. Dawn il-preċiżazzjonijiet iwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, għall-formulazzjoni mill-ġdid tagħha.

61.      L-ewwel, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, li jimmotivaw it-tieni domanda tagħha, u b’mod partikolari d-dubji li hija għandha fir-rigward tas-sentenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Anministrattiva Suprema), juru l-konfużjoni li tirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik.  Fil-fatt, billi tibbaża ruħha fuq din id-deċiżjoni, il-qorti tar-rinviju tieħu bħala bażi għat-tieni domanda tagħha l-possibbiltà li dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jkunu jistgħu jiġu mhux applikati fil-każ fejn dispożizzjoni tkun ġiet iddikjarata nieqsa minn effett dirett.

62.      Madankollu, fid-dawl ta’ dak li ser jiġi espost f’din il-parti ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement ikkonfermat li jitħallew mhux applikabbli regoli nazzjonali hija possibbli biss fil-każijiet fejn ir-regola tad-dritt tal-Unjoni invokata jkollha effett dirett. It-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju tirrigwarda b’hekk, fir-realtà, il-possibbiltà li jitħallew mhux applikabbli parzjalment dispożizzjonijiet nazzjonali jew anki li dawn “jikkompletaw” dawn id-dispożizzjonijiet għar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, pjuttost milli għal każ ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni. Nista’ nifhem it-terminu “kompletezza” (52) bħala li jfisser biss l-applikazzjoni diretta tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità sabiex jiġu kkompletati d-dispożizzjonijiet nazzjonali u, b’mod partikolari, sabiex jimtela l-vojt tal-elementi tad-dritt nazzjonali li tħallew mhux applikati.

63.      It-tieni, il-qorti tar-rinviju għamlet it-tieni domanda tagħha biss fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, jiġifieri fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 ma għandux effett dirett. Madankollu, ipproponejt li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, jiġifieri li jiġi rrikonoxxut l-effett dirett tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67. Għaldaqstant, it-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju tibqa’ rilevanti ħafna wkoll, jew pjuttost b’mod partikolari, fiċ-ċirkustanzi fejn id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni għandha effett dirett. Fil-fatt, huwa preċiżament fiċ-ċirkustanzi opposti, fejn ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet ma huwiex direttament applikabbli, li t-tieni domanda ssir mingħajr skop (53).

64.      Għaldaqstant, it-tieni domanda għandha tiġi fformulata mill-ġdid kif ġej: Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet, sanċit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, jippermetti u/jew jimponi fuq il-qorti u l-awtorità amministrattiva nazzjonali l-obbligu li jikkompletaw – fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni ġdida fil-livell nazzjonali – id-dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali applikabbli fil-kuntest ta’ din il-proċedura?

65.      Sabiex nirrispondi għal din id-domanda, ser infakkar qabelxejn il-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhomx effett dirett (1) kif ukoll il-kjarifika ulterjuri magħmula f’dan ir-rigward mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Popławski II (2) (54). Sussegwentement, ser nesponi fil-qosor il-pożizzjonijiet differenti adottati mill-qrati Awstrijaċi superjuri (il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) u l-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali)) wara s-sentenza Maksimovic (3). Sussegwentement, ser neżamina l-implikazzjonijiet tal-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet u tal-eventwali restrizzjonijiet li jeżistu fil-qasam speċifiku tas-sanzjonijiet (4). Ser nikkonkludi permezz ta’ osservazzjoni iktar ġenerali dwar it-terminoloġija u l-bżonn pjuttost intuwittiv ta’ proporzjonalità fil-każ li titwarrab dispożizzjoni f’isem il-prinċipju ta’ proporzjonalità (5).

1.      Ilpożizzjoni talQorti talĠustizzja filkawża Link Logistik

66.      Kif diġà ġie espost iktar ’il fuq, fis-sentenza Link Logistik, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 ma għandux effett dirett (55).

67.      Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet billi fakkret l-obbligu tal-Istati Membri li jilħqu r-riżultat previst mid-direttiva kif ukoll il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni u l-limiti tagħha. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement ammettiet li interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni ma kinitx possibbli fil-kawża eżaminata (56).

68.      Madankollu, anki wara li eskludiet kemm l-effett dirett kif ukoll l-interpretazzjoni konformi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li “l-qorti nazzjonali hija obbligata tapplika b’mod sħiħ id-dritt tal-Unjoni u tipproteġi d-drittijiet li dan jagħti lill-individwi, u dan billi, jekk ikun meħtieġ, tastjeni milli tapplika kwalunkwe dispożizzjoni sa fejn l-applikazzjoni tagħha, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, twassal għal riżultat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni” (57).

69.      Din l-affermazzjoni hija riprodotta fid-dispożittiv tas-sentenza, billi tippreċiża li “r-rekwiżit ta’ proporzjonalità li jinsab fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 ma jistax jitqies li għandu effett dirett” u li “li l-qorti nazzjonali għandha, bis-saħħa tal-obbligu tagħha li tieħu l-miżuri kollha ta’ natura ġenerali jew partikolari li jkunu adegwati sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi ma’ din tal-aħħar, jew, jekk tali interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, għandha tastjeni milli tapplika kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali sa fejn l-applikazzjoni tagħha, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, twassal għal riżultat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni” (58).

2.      Preċiżazzjonijiet ulterjuri f’Popławski II

70.      Ftit wara d-deċiżjoni tal-kawża Link Logistik, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-formazzjoni tal-Awla Manja, tat is-sentenza tagħha f’Popławski II. Dak il-każ kien jikkonċerna l-possibbiltà li jitwarrbu r-regoli nazzjonali li jmorru kontra dispożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI (59), strument li, permezz tal-mandat tat-Trattat, huwa nieqes minn effett dirett (60). Bħala tali, il-kwistjoni speċifika li qamet kienet jekk, fuq is-sempliċi bażi tal-prinċipju ta’ supremazija, qorti nazzjonali setgħetx twarrab regoli nazzjonali li jmorru kontra dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhomx effett dirett.

71.      Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma jkollhiex effett dirett ma tistax tiġi invokata, bħala tali, fil-kuntest ta’ tilwima li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun tmur kontra dan id-dritt” (61). Hija sussegwentement ikkjarifikat li, “l-obbligu, għal qorti nazzjonali, li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern tagħha, li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għalkemm jirriżulta mis-supremazija rrikonoxxuta lil din id-dispożizzjoni tal-aħħar, huwa madankollu suġġett għall-effett dirett tal-imsemmija dispożizzjoni fit-tilwima li biha tkun adita din il-qorti nazzjonali. Għaldaqstant, qorti nazzjonali ma hijiex meħtieġa li, fuq il-bażi biss tad-dritt tal-Unjoni, ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-każ li din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma jkollhiex effett dirett” (62).

72.      L-element ċentrali ta’ din il-ġurisprudenza ġie kkonfermat diversi drabi fir-rigward ta’ diversi dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, li ma jinsabux fid-deċiżjonijiet qafas (63).

73.      B’hekk, is-sentenza Popławski II u l-ġurisprudenza sussegwenti, flimkien ma’ diversi sentenzi mogħtija wkoll fl-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja, qatgħu b’saħħa l-kwistjoni dwar jekk l-esklużjoni tad-dritt nazzjonali tistax tkun il-konsegwenza tas-supremazija biss jew tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni flimkien mal-effett dirett tad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha tiġi applikata.

74.      Ċertament, ma hemm l-ebda ħabi li l-fatt li dik il-kwistjoni kienet diġà ġiet diskussa għal xi żmien (64), b’għażliet u viżjonijiet varji fuq il-mejda (65). Madankollu, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet awtorevoli repetittivi ġejjin mill-formazzjoni estiża tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-soluzzjoni ta’ din il-kwistjoni, inqis li d-diskussjoni għandha tieqaf hawn, ċertament fil-forum ġudizzjarju.

3.      Implikazzjonijiet għal din ilkawża: perspettivi konkorrenti fuq livell nazzjonali

75.      Fuq livell nazzjonali, diversi qrati jiddeliberaw fuq is-sens prattiku għall-kawżi li jkunu għadhom pendenti ta’ sentenzi ta’ inkompatibbiltà mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ diversi elementi tas-sistema ta’ sanzjonijiet inkwistjoni. It-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija fformulata minn dawn il-perspettivi konkorrenti.

76.      Minn naħa, hemm l-approċċ meħud fis-sentenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) (66). Fil-kuntest ta’ kawża simili u wara li ngħatat is-sentenza Maksimovic, dik il-qorti kkonkludiet li, sabiex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu mhux applikati biss xi elementi tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni. Minħabba din is-sentenza, għadu possibbli li jiġu imposti sanzjonijiet, li madankollu huma diġà, skont dik il-qorti, konformi mar-rekwiżiti ta’ proporzjonalità.

77.      L-ewwel, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li, sabiex tikkonforma ruħha mad-dritt tal-Unjoni, it-termini “għal kull ħaddiem ikkonċernat” kellhom jiġu mwarrba. Dawn it-termini jidhru fl-Artikolu 7i(4) tal-AVRAG, iżda jikkorrispondu essenzjalment għat-termini tal-Artikoli 26(1) u l-Artikolu 28 tal-LSD-BG, rilevanti f’din il-kawża (67).

78.      Jekk nifhem b’mod korrett, billi tiġi skartata l-espressjoni “għal kull ħaddiem ikkonċernat”, il-limiti imposti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward ta’ kull ħaddiem isiru applikabbli b’mod ġenerali, fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati kollha. Għalhekk, l-esklużjoni tal-espressjoni “għal kull ħaddiem ikkonċernat” twassal mhux biss għal tnaqqis kunsiderevoli tal-ammont potenzjali tal-multi, sabiex tiġi introdotta skala ċara tal-ammonti ammissibbli, iżda wkoll għall-introduzzjoni ta’ limitu globali, li kien nieqes mil-leġiżlazzjoni, u li kienet waħda mill-fatturi li mmotivaw il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt Awstrijak kienu sproporzjonati (68).

79.      Min-naħa l-oħra, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet ukoll li l-multi minimi previsti mil-liġi kellhom jieqfu milli jiġu applikati. Fit-tielet lok, hija ddikjarat li l-pieni li jċaħħdu l-libertà fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas kellhom jieqfu milli jingħataw skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar Ksur Amministrattiv. L-eżistenza ta’ multi minimi, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu applikati pieni li jċaħħdu l-libertà kienu wkoll elementi li mmotivaw il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li s-sanzjonijiet inkwistjoni kienu sproporzjonati fil-kawża Maksimovic (69). Ir-raba’, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) ikkunsidrat li ma kienx meħtieġ li titwarrab id-dispożizzjoni dwar il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-qorti (70).

80.      Għalhekk, bħala konsegwenza tal-approċċ adottat mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), anki jekk dan jitnaqqas b’mod kunsiderevoli, jibqa’ possibbli għall-awtoritajiet amministrattivi li jimponu sanzjoni li madankollu issa għandha tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni.

81.      Filwaqt li ħadet bħala punt tat-tluq ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik, il-qorti tar-rinviju kkunsidrat is-sentenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) bħala eżempju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt Ewropew, u rrilevat ġustament li, jekk dan kien il-każ, is-soluzzjoni li hija tallega tikkostitwixxi interpretazzjoni contra legem (71). F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tixtieq tkun taf jekk is-soluzzjoni proposta mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni. B’mod iktar preċiż, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk għandhiex dritt tapplika s-soluzzjoni mogħtija mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) jew jekk, wara d-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Link Logistik, l-unika possibbiltà li hija għandha tikkonsisti fin-nuqqas ta’ applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kunfliġġenti.

82.      Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju enfasizzat ukoll li l-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) tidher li adottat pożizzjoni differenti. Filwaqt li ddeċidiet fuq rikors kostituzzjonali dirett kontra deċiżjoni ta’ qorti amministrattiva inferjuri li jikkonċerna penalitajiet imposti abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, il-Verfassungsgerichtshof ħa inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Maksimovic, sabiex tikkonstata ksur tad-dritt għall-proprjetà (72). Wara li fakkret il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-qrati nazzjonali għandhom japplikaw integralment id-dritt tal-Unjoni, billi jekk ikun meħtieġ ma japplikawx kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt nazzjonali, id-deċiżjoni kostituzzjonali annullat is-sanzjonijiet imposti. Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) indikat li l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni li għandhom effett dirett twassal sabiex jiġu imposti sanzjonijiet mingħajr bażi legali xierqa (73).

83.      Il-qorti tar-rinviju tispjega li dawn is-sentenzi kostituzzjonali ġew interpretati minn ċerti qrati nazzjonali fis-sens li ma huwiex permess għaliha li tkompli tapplika s-sanzjonijiet inkwistjoni bl-ebda mod. L-ebda penali ma tista’ tiġi imposta sakemm ma tgħaddix leġiżlazzjoni ġdida. Il-qorti tar-rinviju tippreżenta għalhekk il-pożizzjonijiet tal-Verfassungsgerichtshof u tal-Verwaltungsgerichthof bħala opposti.

84.      Il-Gvern Awstrijak irrileva li ma teżisti ebda kontradizzjoni bejn il-ġurisprudenza tal-Verfassungsgerichtshof u dik tal-Verwaltungsgerichtshof.

85.      Ċertament ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu pożizzjoni fuq id-dritt nazzjonali, a fortiori sabiex tarbitra bejn il-qrati nazzjonali fuq il-punti tad-dritt nazzjonali. Madankollu, sa fejn jikkonċerna l-konsegwenzi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, id-dubji tal-qorti tar-rinviju juru dilemma famuża: fil-każ ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett, huwa l-uniku rimedju disponibbli sabiex tiġi evitata n-nuqqas ta’ applikazzjoni tat-totalità tad-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, jew huwa possibbli li wieħed jipproċedi b’nuqqas ta’ applikazzjoni parzjali jew selettiva jew saħansitra li jiġi ssuplimentat id-dritt nazzjonali? Filwaqt li s-soluzzjoni adottata mill-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) tidher li segwiet l-ewwel triq, il-ġurisprudenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) tipprovdi eżempju tat-tieni triq. Sempliċement, xi tfisser eżattament b’“nuqqas ta’ applikazzjoni”?

4.      Limplikazzjonijiet speċifiċi taleffett dirett tarrekwiżit ta’ proporzjonalità

86.      Il-persuni kkonċernati li ppreżentaw l-osservazzjonijiet ħadu pożizzjonijiet differenti fir-rigward tal-konsegwenzi tal-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67.

87.      Il-Kummissjoni ssostni li din id-dispożizzjoni tista’ sservi bħala bażi għall-qorti sabiex il-penalitajiet jiġu adattati skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan għaliex, l-ewwel, l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva jirrikjedi li l-Istati Membri jimponu penalitajiet għall-obbligi koperti mid-direttiva: li ma jipprevedux ebda sanzjoni jmur ukoll kontra d-direttiva. It-tieni, kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fid-digrieti tagħha, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjonijiet f’każ ta’ ksur tal-obbligi tad-dritt industrijali inkwistjoni hija xierqa għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi mfittxija mid-Direttiva (74). It-tielet, kunflitt bejn id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali ma jimplikax neċessarjament li dan tal-aħħar għandu jiġi totalment mhux applikat: id-dritt tal-Unjoni jikkompleta d-dritt nazzjonali biss sa fejn huwa suffiċjenti sabiex jippermetti l-adozzjoni ta’ sanzjoni konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-qrati Awstrijaċi għandhom ukoll ikomplu japplikaw sanzjonijiet akkumulati, sa fejn tali sanzjonijiet kumulattivi ma jkunux fihom innifishom sproporzjonati, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (75).

88.      Bl-istess mod, il-Gvern Awstrijak isostni li n-nuqqas ta’ applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jwassal għal sitwazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jista’, waħdu, jiggarantixxi li s-sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali jkunu jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet u mill-qrati nazzjonali skont ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni (76).

89.      Min-naħa l-oħra, il-Gvern Pollakk jikkunsidra li d-determinazzjoni tas-sanzjonijiet kriminali indipendentement mill-kliem tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali tista’ tikser il-prinċipju ta’ legalità: dan ifisser li l-unika soluzzjoni possibbli hija n-nuqqas ta’ applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali. Bl-istess mod, il-Gvern Ċek isostni li approċċ li skontu l-ammont tas-sanzjoni huwa ffissat mhux abbażi ta’ kriterji stabbiliti mil-liġi, li jistgħu jkunu magħrufa minn qabel mid-destinatarji tar-regolament, iżda fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti ex post mill-qrati jew minn awtoritajiet amministrattivi, jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

90.      Jiena naqbel mal-Kummissjoni li l-effett dirett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma għandux neċessarjament iwassal għan-nuqqas ta’ applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tas-sanzjonijiet. Fil-fehma tiegħi, l-element ewlieni f’dan ir-rigward huwa l-fatt li dak li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jikkostitwixxi ċerti elementi eċċessivi tas-sistema nazzjonali li tissanzjona. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddikjaratx sanzjonijiet inkompatibbli bħala tali, u lanqas, a fortiori, ma ppreċiżat li l-aġir illegali li ta lok għal tali sanzjonijiet ma jistax jiġi ssanzjonat. Fi kliem ieħor, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet bilkemm jista’ jiġi assimilat mar-rekwiżit ta’ ebda sanzjoni. Din it-teżi tidher, ċertament fl-astratt, xi ftit sproporzjonata.

91.      Madankollu nirrikonoxxi t-tħassib espress mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest partikolari ta’ sanzjonijiet ta’ natura kriminali, li jwasslu għal tħassib fir-rigward tal-prinċipji ta’ legalità, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza f’għajnejn il-liġi, li ser nindirizza issa.

a)      Legalità, ċertezza legali u ugwaljanza f’għajnejn illiġi flimpożizzjoni tassanzjonijiet

92.      Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li s-soluzzjoni li tirriżulta mis-sentenza tal-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) tista’ tkun problematika għal raġunijiet marbuta mal-prinċipju ta’ legalità. Dan il-prinċipju huwa interpretat b’mod strett ħafna mill-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali), b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt kriminali. Barra minn hekk, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, diversi qrati amministrattivi Awstrijaċi wettqu interpretazzjoni differenti tas-sentenza tal-qrati supremi Awstrijaċi. Fid-dawl tal-pożizzjonijiet diverġenti adottati mill-qrati amministrattivi, il-qorti tar-rinviju tiġbor fil-qosor is-sitwazzjoni attwali bħala sors ta’ ġurisprudenza inkoerenti u ta’ inċertezza legali. Barra minn hekk, din il-qorti tqis li l-inkoerenzi tal-prattika attwali fil-qasam tal-għoti tas-sentenzi joħolqu tħassib fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza. Is-sistema ta’ applikazzjoni ta’ sanzjonijiet każ b’każ ma hijiex magħrufa mill-ordinament ġuridiku Awstrijak b’mod ġenerali u b’mod partikolari mis-sistema ġudizzjarja kriminali.

93.      Il-Gvern Ċek irrileva li, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 fl-ebda każ ma jista’ jitqies li għandu effett dirett sabiex jiġi invokat kontra parti privata. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja teskludi l-possibbiltà għal Stat Membru li jinvoka l-effett dirett ta’ direttiva sabiex japplika penali fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva. Dan il-gvern jesponi wkoll li, jekk kull qorti jew awtorità amministrattiva tkun tista’ taġġusta b’mod kreattiv ir-regoli nazzjonali, dan iwassal inevitabbilment għal differenzi fl-ammont tas-sanzjonijiet imposti, mingħajr motivazzjoni oġġettiva.

94.      Bl-istess mod, il-Gvern Pollakk iqis li jekk kull qorti jew awtorità jitħallew il-kompitu li jadattaw is-sanzjonijiet li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet legali, dan imur kontra r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ legalità. Il-Gvern Pollakk sostna wkoll li l-fatt li l-interpretazzjonijiet differenti li waslu għalihom qrati differenti turi li l-Artikolu 20 ma għandux effett dirett.

95.      Ma ninsabx konvint minn dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin.

96.      Il-prinċipju ta’ legalità jirrikjedi li l-liġi għandha tiddefinixxi b’mod ċar il-ksur u l-pieni li japplikaw fil-mument meta l-att jew l-ommissjoni punibbli jkun twettaq. Dan ir-rekwiżit huwa ssodisfatt malli l-individwi jkunu jistgħu jaċċertaw liema atti jew ommissjonijiet jagħmluhom responsabbli kriminalment, abbażi tal-kliem tad-dispożizzjoni rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, bl-għajnuna interpretattiva tal-ġurisprudenza (77). Dawn ir-rekwiżiti, madankollu, ma jipprojbixxux il-kjarifika gradwali ta’ regoli ta’ responsabbiltà kriminali permezz ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja, sakemm dawk l-interpretazzjonijiet ikunu raġonevolment prevedibbli (78). Barra minn hekk, il-lex mitior tal-Artikolu 49 tal-Karta jipprekludi li jiġu imposti penalitajiet ikbar minn dawk li kienu applikabbli fiż-żmien li sar ir-reat kriminali.

97.      Fil-fehma tiegħi, il-possibbiltà li jkun hemm parzjalment nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali sa fejn jiksru d-dritt tal-Unjoni, kif ukoll li jiġu kkumplimentati jew ikkompletati permezz tal-applikazzjoni diretta tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma tiksirx il-prinċipju ta’ legalità kif stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Karta.

98.      L-ewwel, il-ksur u l-penalitajiet kienu ġew iddefiniti fil-mument meta twettaq l-att punibbli. B’tali mod, l-individwi setgħu jkunu jafu l-konsegwenzi tal-aġir tagħhom. L-effett dirett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jwassalx għall-impożizzjoni ta’ penalitajiet fuq il-bażi ta’ direttiva trasposta b’mod żbaljat. Dawn il-penalitajiet huma bbażati b’mod ċar fid-dritt nazzjonali, kif ġie validament ippromulgat u mqiegħed għad-dispożizzjoni tad-destinatarji tiegħu, u mhux fuq id-direttiva. Għal din ir-raġuni, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-impossibbiltà li jiġu applikati direttament direttivi li jiddeterminaw jew jiggravaw ir-responsabbiltà kriminali tal-individwi (79) sempliċement ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.

99.      It-tieni, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 huwa l-bażi tal-mitigazzjoni u tal-korrezzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, permezz tal-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità. Fi kliem ieħor, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità ma huwiex il-bażi li fuqha huma imposti jew aggravati s-sanzjonijiet, iżda l-bażi li fuqha l-penalitajiet imposti legalment jitnaqqsu sabiex ikunu jistgħu jsiru konformi mad-dritt tal-Unjoni.

100. It-tielet u mill-ġdid, is-sentenza li tiddikjara n-natura sproporzjonata tal-penalitajiet fil-kawża Maksimovic u ż-żewġ digrieti sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ma taffettwax il-validità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli li jiddefinixxu l-ksur. B’hekk, il-kriminalizzazzjoni u l-piena ta’ dawn il-ksur jibqgħu, evidentement, legali. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja jaffettwaw biss ċerti elementi speċifiċi tas-sistema nazzjonali ta’ sanzjonijiet li ġew iddikjarati inkompatibbli minħabba n-natura sproporzjonata tagħhom.

101. Sussegwentement, hemm it-tħassib espress mill-qorti tar-rinviju dwar l-eżistenza ta’ ġurisprudenza diverġenti fil-qrati amministrattivi u l-konsegwenzi negattivi li din tista’ ġġib magħha mill-perspettiva tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ ċertezza legali. Għalkemm nikkondividi bis-sħiħ dan it-tħassib, huwa diffiċli li jiġi ssuġġerit li l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penalitajiet ikun il-kawża unika, jew saħansitra prinċipali tiegħu.

102. Ċertu grad ta’ inċertezza ratione temporis dwar l-applikazzjoni korretta ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali wara d-dikjarazzjoni tal-inkompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-Unjoni huwa inerenti għall-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni mifruxa u ddeċentralizzata. B’differenza, pereżempju, minn diversi ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, meta dikjarazzjoni ta’ antikostituzzjonalità ta’ qorti kostituzzjonali nazzjonali (waħda) twassal għall-annullament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’effett erga omnes, l-annullament minn (kull) qorti nazzjonali ta’ inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tista’, matul ċertu żmien, tkun suġġetta għar-regoli proċedurali normali u każijiet previsti mid-dritt nazzjonali. Għaldaqstant, sakemm il-kwistjoni ma tkunx definittivament deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala interpretu finali tad-dritt tal-Unjoni, jista’ jkun hemm, qabel ma tiġi unifikata fuq livell nazzjonali mill-ogħla qorti rispettivament, anki fehmiet f’kompetizzjoni fuq din l-istess kwistjoni mill-qrati nazzjonali differenti.

103. Madankollu, ma jistax jiġi injorat li l-inċertezza legali u d-diversità ta’ applikazzjoni fil-livell nazzjonali f’dan il-każ huma fil-parti l-kbira dovuti għal żewġ fatturi li għandhom l-oriġini tagħhom fil-kuntest nazzjonali. L-ewwel, il-leġiżlatur nazzjonali baqa’ inattiv, kif enfasizzat repetutament il-qorti tar-rinviju. Madankollu, wieħed jippreżumi naturalment li, jekk tiġi ċċarata inċertezza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet nazzjonali imposti, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jipproċedi għal dan l-eżerċizzju sabiex titnaqqas l-inċertezza ratione temporis wara dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà.

104. It-tieni, anki jekk il-leġiżlatur nazzjonali ma aġixxiex, il-kisba ta’ uniformità fl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali għandha finalment tiġi żgurata fil-kuntest tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali ġeneralment organizzata b’mod ġerarkiku, ċertament fi ħdan it-tradizzjoni ġuridika ċivili. Fil-fatt, hija normalment l-ogħla qorti li għandha tgħaqqad il-ġurisprudenza fit-taqsimiet ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Madankollu, f’din id-dimensjoni, jidher li r-regoli nazzjonali ta’ kompetenza jippermettu, essenzjalment, għażla dwar jekk għandhiex tiġi kkontestata deċiżjoni ta’ qorti amministrattiva inferjuri quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) jew quddiem il-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) (80).

105. Nixtieq nenfasizza b’mod ċar li dan huwa possibbli, bħala kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, l-istruttura tal-istituzzjonijiet u l-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali tibqa’ fi ħdan l-għażla inizjali tal-Istat Membru (81). Madankollu, ikun ftit iktar problematiku jekk wieħed kellu jieħu l-konsegwenzi dedotti minn tali għażliet nazzjonali (inazzjoni tal-leġiżlatur u n-nuqqas effettiv ta’ awtorità ġudizzjarja li tista’ tgħaqqad il-ġurisprudenza) u tippreżentahom bħala konsegwenzi tal-effett dirett potenzjali tar-rekwiżit tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità tal-penalitajiet.

106. Fl-aħħar, lil hinn mil-livell strutturali, tibqa’ l-kwistjoni tal-inċertezza potenzjali fir-rigward tal-ammont eżatt tal-multa f’kull każ partikolari. Fil-kuntest tal-impożizzjoni ta’ penalità, anki jekk wieħed kellu jżomm l-approċċ magħżul mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministratttiva Suprema) bħala punt ta’ tluq, xorta tibqa’ l-firxa ta’, pereżempju, penalità li għandha tiġi ffissata bejn EUR 1 000 u EUR 10 000, jew, f’każ ta’ tneħħija tal-minimu, effettivament ta’ EUR 0 sa EUR 10 000. Għalhekk huwa konċepibbli li, f’każ wieħed, persuna li wettqet il-ksur tirċievi sanzjoni fl-ammont totali ta’ EUR 100, filwaqt li tista’ tiġi imposta sanzjoni fuq persuna oħra fl-ammont ta’ EUR 5 000. Dan jista’ fil-fatt, min-naħa tiegħu, iqajjem il-kwistjoni tal-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi.

107. Madankollu, problema ta’ ugwaljanza tista’ sussegwentement tqum biss jekk iż-żewġ persuni li wettqu l-ksur ikunu jinsabu f’sitwazzjoni identika. Għaldaqstant, ma hemmx elementi distintivi. Dan premess, il-ħajja għandha t-tendenza li tkun varjabbli bla qies. Din hija r-raġuni għaliex kemm id-dritt amministrattiv kif ukoll id-dritt kriminali, meta jiddefinixxu penalitajiet jew sanzjonijiet b’mod ġenerali, għall-inqas fid-dritt modern (82), normalment ma jimxux fuq linja ta’ approċċ wieħed għal kulħadd (“one size fits all”, iżda billi jiffissaw firxa ammissibbli, li fil-kuntest tagħha għandha tiġi eżerċitata setgħa diskrezzjonali amministrattiva jew ġudizzjarja.

108. Bl-istess mod, kif diġà ġie rrilevat f’dak li jikkonċerna l-qofol inkundizzjonat tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penalitajiet, “ċar, preċiż u inkundizzjonat” ma jimplikax li kull aspett huwa stabbilit espressament minn qabel fil-leġiżlazzjoni. Tali xenarju sempliċement ma huwiex realistiku. Madankollu, dak li jifdal bħala mhux deċiż għandu, tal-inqas, ikun is-suġġett ta’ rikors ġudizzjarju (83).

109. Fil-qosor, ma nara ebda problema f’dan il-każ, la mill-prinċipju ta’ legalità tas-sanzjonijiet skont l-Artikolu 49 tal-Karta, u lanqas mill-imperattiv ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza f’għajnejn il-liġi, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.

110. Madankollu, dan premess, xorta jibqa’ l-fatt li l-adozzjoni ta’ penalitajiet fil-qasam kopert mid-Direttiva 2014/67 ma kinitx is-suġġett ta’ armonizzazzjoni kompleta mid-dritt tal-Unjoni. B’hekk, is-sanzjonijiet applikabbli f’dan il-qasam jibqgħu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. L-eżistenza tagħhom hija fil-fatt ġeneralment awtorizzata mid-dritt tal-Unjoni (għandu jkun hemm ċerti sanzjonijiet), iżda l-elementi problematiċi partikolari li jikkonċernaw il-portata tagħhom (sproporzjonata) u l-impożizzjoni tagħhom għandhom ikunu solvuti mill-Istati Membri.

111. Għaldaqstant, filwaqt li jfakkru l-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża M.A.S. u M.B. (84), f’din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom jibqgħu fil-prinċipju liberi li japplikaw standards differenti (ogħla) għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Dan jista’ eventwalment jinkludi perspettivi iktar stretti tal-prinċipju ta’ legalità tas-sanzjonijiet, jekk tali rekwiżit fil-fatt jeżisti fid-dritt nazzjonali u jiġi applikat kontra sanzjonijiet stabbiliti mid-dritt nazzjonali li ma humiex kompletament determinati mid-dritt tal-Unjoni (85).

b)      Proporzjonalità billi twarrab leġiżlazzjoni nazzjonali sproporzjonata?

112. Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Maksimovic u fid-digrieti sussegwenti li jiddikjaraw in-natura sproporzjonata tal-penali prevista mil-leġiżlazzjoni Awstrijaka kienet ibbażata fuq għaqda ta’ elementi: i) l-ammont għoli tal-multi; ii) il-kumulu bla limitu ta’ dawn il-multi; iii) il-fatt li kien jeżisti livell minimu li taħtu l-multi ma setgħux jaqgħu, anki jekk ma jiġix stabbilit li ksur huwa partikolarment gravi; iv) il-fatt li, fil-każ ta’ ċaħda ta’ rikors, il-persuna għandha tħallas ammont ekwivalenti għal 20 % tal-multa bħala mod ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-qorti; u v) il-fatt li n-nuqqas ta’ ħlas ta’ multa jista’ jwassal għal piena li ċċaħħad il-libertà (86).

113. F’dan il-kuntest, fil-fehma tiegħi, is-soluzzjoni adottata mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) hija pragmatika u fl-istess ħin eleganti ħafna. Permezz ta’ daqqa bil-pinna, din il-qorti eskludiet diversi elementi li jinsabu fid-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli. Hija introduċiet limitu massimu filwaqt li ppermettiet firxa ammissibbli ta’ penalitajiet. Barra minn hekk, hija abbandunat il-limitu inferjuri u neħħiet il-possibbiltà li tiġi applikata l-penalità ta’ sostituzzjoni ta’ pieni li jċaħħdu l-libertà fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas. B’dan il-mod, il-Verwaltungsgerichthof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) warrbet diversi elementi tas-sistema tal-multi Awstrijaka, filwaqt li ppreżervat il-possibbiltà għal-leġiżlatur li jkompli japplika sanzjonijiet sakemm il-leġiżlatur jipproċedi b’emenda tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

114. Nista’ biss nenfasizza mill-ġdid li d-dritt tal-Unjoni ma jeskludix l-impożizzjoni ta’ penalitajiet għar-reati inkwistjoni, iżda pjuttost il-kuntrarju. L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jimponi l-obbligu li jiġu adottati tali penalitajiet, li għandhom ikunu, ċertament, proporzjonati, iżda wkoll dissważivi u effettivi. Barra minn hekk, mill-perspettiva tal-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, il-possibbiltà li d-dritt nazzjonali jiġi kkompletat hija konformi mal-għanijiet ta’ din id-direttiva peress li tippermetti li jiġi stabbilit bilanċ raġonevoli bejn ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità u dak ta’ effettività u ta’ dissważjoni tal-penalitajiet.

115. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penalitajiet, stabbilit ukoll fl-Artikolu 49(3) tal-Karta, bilkemm jista’ jiġi assimilat mal-impunità, meta jeżisti mod raġonevoli u prevedibbli sabiex jaġġusta l-ordinament ġuridiku nazzjonali b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Billi tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità biss sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġi applikat kull tip ta’ penalitajiet jikser kompletament in-neċessità li jiġi ppreżervat l-għan iddikjarat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/67 li jiġi ggarantit ir-rispett ta’ livell xieraq ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati.

116. Fil-qosor, ikun għalhekk xi ftit paradossali, tal-inqas mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, li wieħed jasal, f’isem il-prinċipju ta’ proporzjonalità, għall-esklużjoni sproporzjonata tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati kollha dwar il-penalitajiet tad-dritt nazzjonali, inklużi dawk li barra minn hekk qatt ma ġew ikkontestati. Din l-affermazzjoni lanqas ma tipprekludi li dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali l-oħra jistgħu jsiru d-dannu kollaterali ta’ perspettivi nazzjonali iktar stretti tal-prinċipju ta’ legalità, jew li f’każijiet oħra huma sempliċement jaqgħu b’assoċjazzjoni meta ma jkunux jistgħu jiġu applikati iktar b’mod awtonomu.

117. Dak li huwa sempliċement issuġġerit huwa li l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità ma jirrikjedix li tiġi eskluża kwalunkwe u kull leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod sproporzjonat. Mill-perspettiva metaforika, l-operazzjoni li għandha titwettaq f’isem id-dritt tal-Unjoni għandha pjuttost tixbah inċiżjoni kirurġika iktar milli bumbardament intensiv.

5.      Punt talaħħar fuq iddikotomija taleffett dirett:esklużjoni, sostituzzjoni jew sempliċi “twaħħil”?

118. Matul is-snin kien hemm ħafna kitba akkademika fuq distinzjonijiet irqaq ħafna u tassonomiji tad-diversi tipi ta’ effett diretti li l-Qorti tal-Ġustizzja introduċiet f’kawża jew kellha l-ħsieb li tagħmel dan f’oħra. B’mod partikolari, id-distinzjoni bejn l-effetti ta’ esklużjoni u ta’ sostituzzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni (87) fir-rigward tar-regoli nazzjonali li huma kuntrarji għalihom tibqa’ s-suġġett ta’ diskussjonijiet jaħarqu (88). Barra minn hekk, anki jekk is-sentenza Poplawski II solviet il-kwistjoni usa’ (it-twarrib minħabba supremazija biss, jew sempliċement is-supremazija u l-effett dirett), il-kwistjoni sussegwenti dwar it-tip u n-numru eżatt ta’ konfigurazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw għadha miftuħa ħafna.

119. Ma għandix l-intenzjoni li nikkontribwixxu għal din id-diskussjoni hawnhekk. Madankollu, sempliċement ser nuża din il-kawża bħala okkażjoni sabiex nenfasizza r-rilevanza prattika limitata ta’ tali kaxxi tassonomiċi. Kif turi din il-kawża, il-linja ta’ demarkazzjoni bejn, pereżempju, il-konsegwenzi ta’ esklużjoni u ta’ sostituzzjoni tal-effett dirett tibqa’ pjuttost mhux ċara f’ċertu numru ta’ każijiet. Hija tiddependi ħafna u iktar fuq kwistjoni ta’ “awtodikjarazzjoni” tal-qorti kkonċernata milli fuq demarkazzjoni ċara.

120. L-approċċ magħżul mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema), kif miġbur fil-qosor fit-taqsima preċedenti, huwa partikolarment indikattiv f’dan ir-rigward. Il-fatt li t-teknika ġuridika użata hija dik ta’ “nuqqas ta’ applikazzjoni” jiddependi mill-formulazzjoni u mill-istruttura tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, iktar milli tkun konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mill-“essenza” tad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tinkludi r-rekwiżit ta’ proporzjonalità nnifsu.

121. Fil-fatt, riżultati simili jistgħu jintlaħqu pjuttost b’mod ta’ “twaħħil” (“plugging in”) tal-kontenut pożittiv tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sabiex tinstab soluzzjoni ġuridika b’sostituzzjoni iktar milli b’esklużjoni. Fil-fatt, din kienet il-proposta tiegħi fil-kawża Link Logistik, li fiha l-kunċett tar-regola nazzjonali (ammont fiss tal-multa, indipendentement minn kull ċirkustanza individwali tal-każ) ma kienx jippermetti lill-qorti nazzjonali tasal għal soluzzjoni konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi sempliċement twarrab elementi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk kien neċessarju li jiġu introdotti elementi normattivi li jirriżultaw mit-test u intrinsiku għall-prinċipju ta’ proporzjonalità (89).

122. Dan il-kuntrast juri li t-tip ta’ effett dirett tal-istess dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jiddependi għalhekk loġikament mis-sitwazzjoni ġuridika nazzjonali. Għalkemm, f’ċerti każijiet, dispożizzjoni ta’ effett dirett tissostitwixxi kompletament id-dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja “eskluża”, f’każijiet oħra, tkun possibbli biss nuqqas ta’ applikazzjoni sħiħa. F’numru kbir ta’ każijiet li jinsabu bejn it-tnejn, ir-rispett tad-dritt tal-Unjoni jista’ jwassal għal nuqqas ta’ applikazzjoni parzjali biss jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-elementi tar-regola nazzjonali biss sa fejn dawn imorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Fl-aħħar, in-nuqqas totali jew parzjali ta’ applikazzjoni għandha wkoll tiġi magħquda mal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli “li jibqgħu’” jew tal-elementi tagħhom konformi mad-dritt tal-Unjoni.

123. Fil-qosor, il-kaxxa tassonomika ta’ effett dirett li fiha jsib ruħu każ tkun iddeterminata mid-dritt nazzjonali, mill-istruttura tal-każ inkwistjoni u l-livell ta’ astrazzjoni magħżul. Ħafna drabi, l-istess riżultat jista’ jintlaħaq jew bl-esklużjoni ta’ regola għolja, jew billi tiġi ssostitwita jew inkorporata regola iktar speċifika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali.

124. Huwa għalhekk, fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni jekk eżattament dak li għandu jsir abbażi ta’ dispożizzjoni potenzjalment b’effett dirett tad-dritt tal-Unjoni jikkostitwixxix esklużjoni, sostituzzjoni jew xi ħaġa oħra, tista’ tkun ta’ interess pedagoġiku jew skolastiku ieħor. Madankollu, tali tassonomiji ma għandhomx jikkontrollaw id-deċiżjoni dwar jekk l-effett dirett ta’ dispożizzjoni speċifika tad-dritt tal-Unjoni huwiex possibbli jew le. Għall-kuntrarju, wara li jiġi vverifikat jekk ir-regola tal-Unjoni inkwistjoni hijiex sempliċement iġġustifikata, wieħed għandu jiffoka fuq il-konsegwenzi potenzjali tal-effett dirett fil-każ individwali u l-protezzjoni tad-drittijiet individwali fih.

C.      Kunsiderazzjoni millġdid tassentenza Link Logistik

125. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-kunsiderazzjonijiet magħmula fit-Taqsimiet A u B ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija għalhekk marbuta li tirrevedi l-konstatazzjonijiet tagħha fil-kawża Link Logistik.

126. Kif ġie spjegat fit-Taqsima B ta’ dawn il-konklużjonijiet, is-sentenza Popławski II impliċitament u parzjalment ikkunsidrat mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Link Logistik.  Huma biss id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet b’effett dirett tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jiġu mwarrba mill-qrati nazzjonali u l-korpi l-oħra.

127. X’inhi l-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Link Logistik fir-rigward tal-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità? Kif ġie espost fid-dettall fit-Taqsima A ta’ dawn il-konklużjonijiet, diversi raġunijiet jimmilitaw favur il-konstatazzjoni li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu effett dirett.

128. Barra minn hekk, il-korrezzjoni importanti ħafna magħmula minn Popławski II f’dak li jikkonċerna n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni taffettwa wkoll il-bilanċ li fuqu huwa bbażat ir-raġunament kollu żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Link Logistik.  Din il-korrezzjoni taffettwa wkoll l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità. Fis-sentenza Link Logistik, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità li jinsab fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62. Madankollu, parti mir-raġunament li wassal għal din il-konklużjoni forsi kienet ibbażata fuq il-premessa żbaljata li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni kien possibbli fir-rigward ta’ regoli mhux direttament applikabbli. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-qorti tar-rinviju tagħmel eżattament dan (90).

129. F’dan il-kuntest, kif għandu wieħed jipproċedi f’din il-kawża? Fil-fehma tiegħi, is-sentenza Link Logistik għandha tkun espressament u b’mod apert ikkunsidrata mill-ġdid mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja.

130. Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma affermat li hija formalment marbuta mid-duttrina ta’ stare decisis. Madankollu, din hija marbuta b’din id-duttrina fil-prattika (91). In-neċessità li tirreferi b’mod koerenti għall-preċedent tagħha stess u li tiġi żgurata n-natura ta’ awtorità tal-ġurisprudenza tagħha timplika li l-Qorti tal-Ġustizzja rarament espressament tikkunsidra mill-ġdid deċiżjoni. Ħafna drabi, il-Qorti tal-Ġustizzja taħdem billi tiddistingwi l-kawża, jew billi tispjega retroattivament il-ġurisprudenza tagħha stess sabiex id-diversi biċċiet tal-jigsaw jingħaqdu “flimkien” u jkunu “kkjarifikati” (92).

131. Il-prassi fil-passat tal-Qorti tal-Ġustizzja meta tirrevedi d-deċiżjonijiet preċedenti tagħha hija varjata (93). Il-każijiet ta’ deċiżjoni li tmur kontra b’mod espress jibqgħu rari. Anki f’dawn l-okkażjonijiet rari, l-ispjegazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-adozzjoni ta’ pożizzjoni differenti huma relattivament rari. F’ċerti każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tillimita ruħha li tirrikonoxxi l-preċedent diverġenti u tindika li hija għandha interpretazzjoni differenti (94). F’każijiet oħra, jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja bidlet l-opinjoni tagħha dwar iċ-ċirkustanzi u l-argumenti ppreżentati f’kawża sussegwenti (95), jew li hija tippreċiża l-pożizzjoni preċedenti tagħha fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ġodda (96).

132. Il-Qorti tal-Ġustizzja titbiegħed b’mod iktar miftuħ mill-ġurisprudenza preċedenti tagħha fid-dawl tal-iżviluppi kostituzzjonali jew tal-emendi tat-Trattat (97). Madankollu, hemm numru ta’ kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tkompli tikkwota bħala “liġi tajba” sentenzi preċedenti anki jekk id-deċiżjoni l-ġdida tasal għal konklużjoni differenti (98). Huwa biss f’okkażjonijiet rari ħafna li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra mill-ġdid b’mod espress l-interpretazzjoni preċedenti tagħha, teżamina l-preċedent passat tagħha, u tispjega r-raġunijiet għal riżultat differenti (99).

133. Fil-fehma tiegħi, din il-kawża għandha tkun waħda minn dawn l-okkażjonijiet rari. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu din il-possibbiltà offruta minn din il-kawża sabiex tikkunsidra mill-ġdid espressament il-valur tal-konstatazzjoni tagħha f’Link Logistik, b’mod partikolari għar-raġunijiet li ġejjin.

134. L-ewwel, ma huwiex sempliċement possibbli li ssir distinzjoni, tal-inqas għal dan l-Avukat Ġenerali, ta’ din il-kawża għall-finijiet ta’ interpretazzjoni koerenti tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst kemm fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 kif ukoll fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67.

135. Il-qorti tar-rinviju ppruvat tenfasizza d-differenzi bejn din il-kawża u Link Logistik. Madankollu, il-formulazzjoni, l-iskop u l-kuntest kemm tal-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62 kif ukoll tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jagħmluha impossibbli, fil-fehma tiegħi, li jiġu stabbiliti differenzi sinjifikattivi li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal konklużjoni differenti fir-rigward ta’ din l-aħħar dispożizzjoni u madankollu tħalli s-sentenza f’Link Logistik mhux mittiefsa (100). B’mod simili, “kjarifika” retrospettiva ta’ dak li l-Qorti tal-Ġustizzja verament riedet tgħid f’Link Logistik tirriskja li toħloq konfużjoni ulterjuri, minħabba l-bdil kbir minn dan il-preċedent li diġà sar fis-sentenza Popławski II.

136. It-tieni, tali “kjarifika” ulterjuri tal-pożizzjoni adottata f’Link Logistik tista’ toħloq konfużjoni f’qasam ġuridiku partikolarment sensittiv u kumpless, li jolqot uħud mill-elementi l-iktar fundamentali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, bħall-prinċipji ta’ effett dirett u ta’ supremazija, ir-rimedju ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni, kif ukoll l-effetti legali speċifiċi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-kontradizzjoni bejn is-sentenza Link Logistik u d-dikjarazzjoni tal-Awla Manja fis-sentenza Poplawski II tagħmilha iktar neċessarja li ssir kunsiderazzjoni mill-ġdid espressa f’dan il-każ, u dan iktar u iktar meta d-diverġenza tad-dikjarazzjonijiet tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipji essenzjali li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali u dak tal-Unjoni. F’sitwazzjoni bħal din, fejn teżisti kontradizzjoni manifesta ma’ sentenza preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina b’mod apert il-ġurisprudenza tagħha stess u tindika b’mod ċar jekk u sa fejn hija tirrevedi s-sitwazzjoni legali preċedenti tagħha.

137. It-tielet, il-fatt li l-preċedent li għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid pjuttost reċenti jista’ jkun ta’ dispjaċir, iżda ma għandux, fl-aħħar mill-aħħar, ikollu ebda rwol. L-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni tipprevali fuq tali tħassib. Fil-fatt, uħud mill-iktar eżempji prominenti ta’ deċiżjoni li tmur kontra minn din il-Qorti tal-Ġustizzja ġraw relattivament ftit wara li tħassar il-preċedent li ġie kkunsidrat mill-ġdid (101). Dan jista’ jinftiehem, meta wieħed iżomm f’moħħu l-fatt li sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ spiss tqajjem dibattitu li jirriżulta fi qrati nazzjonali li jifformulaw mistoqsijiet komplementari, li jipprovdu informazzjoni jew argumenti addizzjonali lill-Qorti tal-Ġustizzja. F’uħud minn dawn is-sitwazzjonijiet iktar reċenti, il-Qorti tal-Ġustizzja assenjat il-kawżi lill-Awla Manja meta hija kienet mistiedna espressament tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (102). Fil-fatt, meta l-preċedent li jrid jiġi kkunsidrat mill-ġdid ikun ilu diversi snin, jew saħansitra għexieren ta’ snin, bdil ġudizzjarju ma jkunx daqshekk problematiku. Din tista’ tiġi rrazzjonalizzata bl-użu tal-argument tal-iżvilupp tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (103).

138. Ir-raba’ u fl-aħħar nett, fl-istruttura attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja, min għandu jiġi mitlub jikkunsidra mill-ġdid? Mill-ġdid, huwa minnu li ma teżistix regola formali ta’ stare decisis. B’hekk, id-diversi awli tal-Qorti tal-Ġustizzja jibqgħu liberi li jikkunsidraw mill-ġdid il-preċedent ta’ qabel. Barra minn hekk, il-linja delikata bejn kunsiderazzjoni mill-ġdid kostruttiv tas-sentenzi preċedenti, l-iżvilupp tal-ġurisprudenza, u bdil sieket irendu kull regola fformalizzata fir-rigward tal-attribuzzjoni ta’ kull kawża li timplika reviżjoni ġurisprudenzjali pjuttost diffiċli għall-Awla Manja sabiex tfassal u twettaq.

139. Madankollu, fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn l-Awla Manja tgawdi fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja minn status kostituzzjonali partikolari, u l-awtorità korrelata msaħħa fi ħdan u barra mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunsiderazzjoni intenzjonali mill-ġdid tal-preċedenti għandu tkun waħda mill-prerogattivi u l-funzjonijiet tagħha. Dan għandu jkun minnu, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet bħal dik inkwistjoni, fejn sempliċement ma hemmx spazju razzjonali għal “distinzjoni” jew “kjarifikazzjoni” tal-kawża.

140. Fil-fatt, fid-dawl tan-neċessità li tiġi ppreżervata l-awtorità tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa ssuġġerit li, ladarba tiġi identifikata sentenza problematika li tagħha għandha tiġi eżaminata bidla, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun preferibbilment adita bil-kawża (104). Dan naturalment ma jipprekludix l-esperimentazzjoni intellettwali kontinwa u parallela li sseħħ f’kompożizzjonijiet oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, formazzjonijiet ġudizzjarji ikbar u solenni rarament huma tajbin sabiex isibu direzzjonijiet ġodda. Madankollu jtendu li jkunu pjuttost tajbin sabiex għażla b’mod awtorevoli minn firxa ta’ għażliet.

141. Fl-aħħar nett, għandha tingħata deċiżjoni intenzjonali li tikkunsidra mill-ġdid b’mod espliċitu? Fil-fehma tiegħi, hija għandha ċertament tingħata. Wara li għidt dan, mhux ser nidħol fl-argumenti kollha possibbli dwar il-virtujiet ta’ diskussjoni ġuridika miftuħa u fuq il-ħtieġa ta’ motivazzjoni xierqa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja. Għall-kuntrarju, sempliċement ser nagħlaq billi nosserva li, fil-fatt, kull qorti suprema tieħu ħsieb ir-reputazzjoni u l-gravitas tagħha.  Dawn l-elementi huma essenzjali għar-rwol u l-istatus ġenerali tagħha.  Għaldaqstant, skont id-definizzjoni, ma tantx jista’ jiġi ċċelebrat li qorti suprema kienet żbaljata, jekk din is-sitwazzjoni tista’ effettivament tinqala’ (105). Madankollu, il-konstatazzjoni, f’sistema li tiddefinixxi lilha nnifisha bħala bbażata fuq id-djalogu ġudizzjarju, ta’ sieħeb ta’ djalogu li qatt ma huwa żbaljat, jista’ forsi tkun xi ftit sorprendenti u okkażjonalment ta’ frustrazzjoni. Fi kwalunkwe każ, u f’dak ir-rigward, in-nuqqas ta’ abbiltà li tiġi ammessa n-natura żbaljata la hija sinjal ta’ djalogu u lanqas fiduċja reali u ta’ awtorità, għal din il-kwistjoni.

V.      Konklużjoni

142. Nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija) bil-mod segwenti:

1.      Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penali previsti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għandu jkollu effett dirett.

2.      Skont ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-penali previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE, il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali għandhom, skont l-obbligu tagħhom li jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, ma japplikawx kull dispożizzjoni nazzjonali sa fejn l-applikazzjoni tagħha twassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, għandhom jikkompletaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli mal-kriterji tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2019, Maksimovic et (C‑64/18, C‑140/18, C‑146/18 u C-148/18, EU:C:2019:723) (iktar ’il quddiem “Maksimovic”); digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108) u EX et (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103).


3      Sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Link Logistik N&N (C‑384/17, EU:C:2018:810), iktar ’il quddiem “Link Logistik”).


4      ĠU 2014, L 159, p. 11.


5      BGBL. 52/1991.


6      BGB1. I, 33/2013.


7      BGB1. I, 44/2016.


8      Kif stabbilit fid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108, punti 10 u 11).


9      Digriet tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108).


10      Din il-kawża kienet tirrigwarda d-dispożizzjonijiet nazzjonali differenti (l-Arbeitsvertragsrechts-Anpassungsgesetz (il-Liġi li Temenda l-Liġi tal-Kuntratti tax-Xogħol, BGBl. 459/1993, iktar ’il quddiem l-“AVRAG”)). Madankollu, dawn tal-aħħar kienu jinkludi sistema u ammonti ta’ sanzjonijiet simili ħafna għal dawk inkwistjoni f’dan il-każ.


11      Digriet tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108, punt 43).


12      Digriet tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103).


13      Dawn il-kliem kienu jinsabu fl-Artikolu 7i(4) tal-AVRAG, iżda jikkorrispondu essenzjalment għal dawk li jinsabu fl-Artikolu 26(1), l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 28 tal-LSD-BG.


14      Sentenza Ra 2019/11/0033, tal‑15 ta’ Ottubru 2019.


15      E 3530/2019 et, E 2893/2019 et, E 2047/2019 et, E 3530/2019 et, E 2893/2019 et, E et, tas‑27 ta’ Novembru 2019.


16      Digriet tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108).


17      Il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-istess konklużjoni fid-digriet tagħha tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103), mill-istess qorti tar-rinviju fil-kuntest ta’ kawżi differenti, iżda f’kuntest fattwali pjuttost simili.


18      Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372), kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑27 ta’ Settembru 2011 (ĠU 2011, L 269, p. 1)


19      Konklużjonijiet fil-kawża Link Logistik N&N (C‑384/17, EU:C:2018:494).


20      Sentenza tat‑22 ta’ Marzu 2017, Euro-Team u Spirál-Gép (C‑497/15 u C‑498/15, EU:C:2017:229).


21      Din id-dispożizzjoni tipprevedi kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli xierqa u jiddeterminaw is-sistema ta’ penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Enfasi miżjuda minni.


22      Sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Link Logistik N&N  (C‑384/17, EU:C:2018:810, punt 51).


23      Ibid., punt 52, b’riferiment għas-sentenza tat‑22 ta’ Marzu 2017, Euro-Team u Spirál-Gép (C‑497/15 u C‑498/15, EU:C:2017:229, punt 38).


24      Ibid., punt 53.


25      Ibid., punt 54.


26      Ibid., punt 55.


27      Konklużjonijiet fil-kawża Link Logistik N&N  (C‑384/17, EU:C:2018:494, punti 63 sa 69) kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Klohn (C‑167/17, EU:C:2018:387, punti 38 sa 46).


28      Fi kliem l-Avukat Ġenerali Van Gerven, f’dak li jirrigwarda n-natura eminentement prattika tal-kriterju tal-effett dirett “[…] bil-kundizzjoni u sa fejn dispożizzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] tkun operattiva biżżejjed fiha nnifisha sabiex tiġi applikata minn qorti, din għandha effett dirett. Iċ-ċarezza, il-preċiżjoni, in-natura inkundizzjonata, in-natura eżawrjenti jew il-perfezzjoni tar-regola u n-nuqqas ta’ dipendenza tagħha fuq miżuri diskrezzjonarji ta’ implimentazzjoni huma biss, f’dan ir-rigward, elementi tal-istess karatteristika unika li din ir-regola għandha jkollha, jiġifieri li tista’ tiġi applikata minn qorti għal każ konkret.” Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Van Gerven fil-kawża Banks  (C‑128/92, mhux ippubblikati, EU:C:1993:860, punt 27).


29      Sabiex jissemma eżempju partikolari, fis-sentenzi tagħha tal‑5 ta’ Frar 1963, van Gend en Loos (26/62, EU:C:1963:1), u tad‑19 ta’ Diċembru 1968, Salgoil (13/68, EU:C:1968:54), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet ta’ dazji doganali u ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi kif ukoll ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti kienu ċari u preċiżi biżżejjed sabiex ikollhom effett dirett, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddedikat l-aħħar nofs seklu tinterpreta t-terminu “miżuri li għandhom effett ekwivalenti”.


30      Sentenza Maksimovic, punt 39. Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Van Gennip et (C‑137/17, EU:C:2018:771, punt 99), kif ukoll tad‑9 ta’ Frar 2012, Urbán (C‑210/10, EU:C:2012:64, punti 41 u 44).


31      Sentenza Link Logistik, punt 45.


32      Ara, għal eżempju prattiku ta’ din is-sitwazzjoni, is-sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005, punti 88 sa 97), fejn irriżulta li l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni imposta kienet suffiċjentement preċiża u inkundizzjonata anki jekk l-applikabbiltà tagħha quddiem il-qorti nazzjonali ma setgħetx twassal għal riżultat speċifiku.


33      Pereżempju, jista’ jkun pjuttost ċar li, għal tip partikolari ta’ ksur, huwa assolutament sproporzjonat li jiġu imposti sanzjonijiet fil-medda ta’ għexieren ta’ eluf jew ta’ mijiet ta’ eluf ta’ euro. B’hekk, f’dan ir-rigward u f’dan is-sens, ma hemmx dubju dwar iċ-ċarezza u l-preċiżjoni li l-“proporzjonalità tal-penalaitjiet” tfisser. Madankollu, dan ma jipprekludix li l-indeterminazzjoni naturali ex ante tkun dik li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ individwali, is-sanzjoni speċifika tiġi finalment imposta fuq skala proporzjonali (f’dan il-każ, tammonta għal EUR 1 000 jew EUR 5 000?).


34      Ara diġà l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Klohn (C‑167/17, EU:C:2018:387, punt 49), fir-rigward ta’ manifestazzjoni oħra tar-regola tal-proporzjonalità li tirrikjedi li l-ispejjeż ta’ tilwima fil-qasam ambjentali ma jkunux projbittivi.


35      Għal eżempju reċenti, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, T-Systems Magyarország (C‑263/19, EU:C:2020:373, punti 71 u 72).


36      Sentenza tal‑4 ta’ Diċembru 1974, Van Duyn (41/74, EU:C:1974:133, punti 7 u 13). Ara wkoll is-sentenzi tal‑24 ta’ Ottubru 1996, Kraaijeveld et (C‑72/95, EU:C:1996:404, punt 59); tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 64); u tal‑21 ta’ Marzu 2013, Salzburger Flughafen (C‑244/12, EU:C:2013:203, punti 29 u 31). Ara, għal applikazzjoni iktar reċenti, is-sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2012, Rahman et (C‑83/11, EU:C:2012:519, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, anki jekk il-formulazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni “ma huwiex preċiż biżżejjed sabiex jippermetti li persuna li tagħmel talba (...) tuża direttament din id-dispożizzjoni sabiex tinvoka kriterji ta’ evalwazzjoni li fil-fehma tagħha kellhom jiġu applikati għat-talba tagħha, xorta waħda jibqa’ l-fatt li tali persuna għandha d-dritt li titlob li jiġi vverifikat minn qorti jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha baqgħux fil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni ddefinit mid-direttiva”.


37      Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 19); tal‑14 ta’ Lulju 1994, Faccini Dori (C‑91/92, EU:C:1994:292, punt 17); sentenza tal‑24 ta’ Jannar 2012, Dominguez (C‑282/10, EU:C:2012:33, punt 35).


38      Ara, f‘dan ir-rigward, is-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2000, Linster (C‑287/98, EU:C:2000:468, punt 37): “Din id-diskrezzjoni, li Stat Membru jista’ jeżerċita fit-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali, ma tipprekludix l-istħarriġ ġudizzjarju tal-kwistjoni dwar jekk din inqabżitx mill-awtoritajiet nazzjonali” (enfasi miżjuda minni).


39      Jista’ jingħad ukoll, minn naħa, li affermazzjoni bħal din lanqas ma tidher eżatta fil-fatt f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża Link Logistik, u lanqas fil-fatt f’din il-kawża. F’dawn il-kawżi, il-leġiżlatur nazzjonali diġà eżerċita l-għażla tiegħu ta’ traspożizzjoni. Madankollu, huwa għamel dan b’mod manifestament eċċessiv u għalhekk żbaljat, li wassal għal implimentazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni fil-livell nazzjonali. B’mod interessanti, dak li huwa meħtieġ mir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tal-peanalitajiet kien suffiċjentement ċar u inkundizzjonat sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara, abbażi tal-eżempju individwali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli ma’ din ir-regola, iżda ma huwiex ċar u inkundizzjonat biżżejjed sabiex jiġi direttament applikat mill-qorti nazzjonali fil-kuntest tal-istess kawża?


40      Ara l-punt 54 tas-sentenza Link Logistik, li tenfasizza li huwa biss il-leġiżlatur nazzjonali li għandu jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet xierqa.


41      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C‑414/16, EU:C:2018:257, punt 78); tad‑29 ta’ Lulju 2019, Torubarov (C‑556/17, EU:C:2019:626, punt 56); tad‑19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema) (C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punt 162); sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2021, A.B. et (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema - Azzjonijiet) (C‑824/18, EU:C:2021:153, punt 145); jew tal‑15 ta’ April 2021, Braathens Regional Aviation (C‑30/19, EU:C:2021:269, punt 57).


42      Ara s-sentenzi tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C-414/16, EU:C:2018:257, punt 76); tal‑11 ta’ Settembru 2018, IR (C‑68/17, EU:C:2018:696, punt 69); kif ukoll tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation (C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 76).


43      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑20 ta’ Marzu 2018, Garlsson Real Estate et (C‑537/16, EU:C:2018:193, punt 66).


44      Sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2018, Bauer u Willmeroth (C‑569/16 u C-570/16, EU:C:2018:871, punt 85); kif ukoll Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (C‑684/16, EU:C:2018:874, punt 74).


45      Għal din id-domanda, huwa l-Artikolu 19 TUE - ara s-sentenza tat‑18 ta’ Mejju 2021, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România” et (C‑83/19, C‑127/19, C‑195/19, C‑291/19, C‑355/19 u C‑397/19, EU:C:2021:393, punti 250 sa 252).


46      Pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ April 2007, Stamatelaki (C‑444/05, EU:C:2007:231); tat‑13 ta’ Novembru 2018, Čepelnik (C‑33/17, EU:C:2018:896, punti 46 sa 50); jew tat‑3 ta’ Marzu 2020, Google Ireland (C‑482/18, EU:C:2020:141, punti 44 sa 54).


47      Sentenza Maksimovic, punti 46 sa 50. Din il-kawża ġiet deċiża esklużivament abbażi tal-Artikolu 56 TFUE. Id-Direttiva 2014/67 ma kinitx tapplika b’mod temporanju għall-fatti fil-kawża prinċipali.


48      Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 1974, van Binsbergen (33/74, EU:C:1974:131, punt 26); tas‑17 ta’ Diċembru 1981, Webb (279/80, EU:C:1981:314, punti 13 u 14); tad‑29 ta’ April 1999, Ciola (C‑224/97, EU:C:1999:212, punt 27); tat‑18 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C‑341/05, EU:C:2007:809, punt 97); jew tat‑13 ta’ April 2010, Wall (C‑91/08, EU:C:2010:182, punt 68).


49      Ara d-digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld  (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108, punti 32 sa 41); u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103, punti 34 sa 43).


50      Sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2015, Taricco et (C‑105/14, EU:C:2015:555, punt 52), billi tindika li “d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandhom bħala effett, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fir-relazzjoni tagħhom mad-dritt intern tal-Istati Membri, li jrendu awtomatikament inapplikabbli, minħabba d-dħul fis-seħħ stess tagħhom, kull dispożizzjoni kuntrarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti”. Ara wkoll is-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B. (C‑42/17, EU:C:2017:936, punt 39).


51      Kif diġà ġie espost fil-punt 37 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Għall-istess loġika applikata għan-natura u l-portata tar-rimedji b’mod ġenerali, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża An tAire Talmhaíochta Bia agus Mara et (C‑64/20, EU:C:2021:14, b’mod partikolari l-punti 54 sa 62).


52      Użata “ergänzen” fl-oriġinal bil-Ġermaniż.


53      Sussidjarjament, it-tieni domanda għandha għalhekk tiġi fformulata mill-ġdid bħala investigattiva dwar il-limiti tal-interpretazzjoni konformi f’tali każijiet, u għandha tingħata risposta negattiva. It-tneħħija ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u imbagħad (jew fl-istess ħin) li jikkompletaw id-dritt nazzjonali meta mqabbel ma’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma ġietx stabbilita minn qabel mil-leġiżlatur nazzjonali, u li b’hekk tbiddel b’mod ċar il-kontenut tar-regoli nazzjonali, bilkemm tista’ titqies bħala eżempju ta’ interpretazzjoni konformi, tal-inqas fil-fehma tiegħi. Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑15 ta’ Jannar 2014, Association de médiation sociale (C‑176/12, EU:C:2014:2, punt 39); tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Smith (C‑122/17, EU:C:2018:631, punt 40); jew tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Popławski (C‑573/17, EU:C:2019:530, punti 76 et seq.).


54      Sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Popławski (C‑573/17, EU:C:2019:530, iktar ’il quddiem is-sentenza Poplawski II”).


55      Link Logistik, punt 56. Ara wkoll iktar ’il fuq, il-punti 28 sa 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


56      Ibid., punt 60.


57      Ibid., punt 61.


58      Ibid., punt 62 u d-dispożittiv ta’ din is-sentenza. Enfasi miżjuda minni.


59      L-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/JHA tas‑27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni li jċaħħdu l-libertà jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27).


60      (Ex) Artikolu 34(2)(b) TUE. Sentenza Popławski II, punti 69 sa 71.


61      Sentenza Popolawski II, punt 62.


62      Ibid., punt 68.


63      Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema) (C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punt 161); tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 42); tal‑14 ta’ Mejju 2020, Staatsanwaltschaft Offenburg (C‑615/18, EU:C:2020:376, punt 69); tat‑30 ta’ Settembru 2020, CPAS de Liège (C‑233/19, EU:C:2020:757, punt 54); tal‑15 ta’ April 2021, Braathens Regional Aviation (C‑30/19, EU:C:2021:269, punt 58); tat‑18 ta’ Mejju 2021, Asociaţiai “Forumul Judecătorilor din România” et (C‑83/19, C‑127/19, C‑195/19, C‑291/19, C‑355/19 u C‑397/19, EU:C:2021:393, punt 248).


64      Fil-qasam tad-duttrina, ara, pereżempju, pożizzjonijiet differenti fil-kuntest ta’ dan id-dibattitu: Lenaerts, K. u Corthaut, T., “Of Birds and hedgers: The Role of Primacy in Invoking Norms of EU Law”, European Law Review, Vol. 31, 2006, p. 287 sa 315, f’p. 301-311; Prechal, S., “Direct Effect, Indirect Effect, Supremacy and the Evolving Constitution of the European Union”, f’Barnard, C., (editur), The Fundamentals of EU Law Revisited: Assessing the Impact of the Constitutional Debate, Oxford University Press, 2007, p. 35 sa 69; Muir, E., “Of Ages in – and Edges of – EU Law”, Common Market Law Review, Vol. 48, 2011, p. 39 sa 62; jew Dougan, M., “Primacy and the Remedy of Disapplication”, Common Market Law Review Vol. 56, 2019, p. 1459 sa 1508.


65      Fil-fatt, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona, li sostnew il-konklużjoni kuntrarja, jargumentaw favur il-possibbiltà li jiġi applikat ir-rimedju għal nuqqas ta’ applikazzjoni għal regoli li ma kellhomx effett dirett fuq il-bażi tas-sentenza Link Logistik: ara l-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Popławski (C‑573/17, EU:C:2018:957, punt 117). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Cresco Investigation (C‑193/17, EU:C:2018:614, punti 114 sa 149), fejn issuġġerejt, essenzjalment, approċċ simili f’dak li jirrigwarda l-esklużjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli (biss) mad-dispożizzjonijiet tal-Karta.


66      Ra 2019/11/0033, tal‑15 ta’ Ottubru 2019.


67      Kif irrileva l-Gvern Awstrijak fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Suprema) applikat ir-raġunament tagħha dwar l-Artikolu 7i tal-AVRAG għall-Artikoli 26 u 28 tal-LSD-BG (sentenzi tal‑25 ta’ Frar 2020, 2018/11/0110; tas‑26 ta’ Frar 2020, 2020/11/0004; u tas‑27 ta’ April 2020, 2019/11/0171).


68      Sentenza Maksimovic, punt 42); digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld  (C‑645/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1108, punt 36); u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, EU:C:2019:1103, punt 38).


69      Punti 43 u 45; digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, EU:C:2019:1108, punt 37) u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C 494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103, punti 39). Issa, l-element tal-pieni li jċaħħdu l-libertà ma kienx previst fiż-żewġ digrieti.


70      Flimkien mal-elementi l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà kkonstatat li dan l-element kien jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li jagħmlu s-sistema sproporzjonata. Sentenza Maksimovic, punt 44; digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld  (C‑645/18, EU:C:2019:1108, punt 38); u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, EU:C:2019:1103, punt 40).


71      Ara, iktar ’il fuq, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


72      Sentenza tal-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) tas‑27 ta’ Novembru 2019, E 2047–2049/2019.


73      Skont il-qorti tar-rinviju, il-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) annullat is-sanzjonijiet imposti minn diversi sentenzi oħra, b’mod partikolari  E 3530/2019 et, E 2893/2019 et, E 3530/2019 et, u E 2893/2019 et.


74      Digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, mhux ippubblikat EU:C:2019:1108, punt 32), u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103, punt 34).


75      Maksimovic et, punt 41, ara wkoll id-digrieti tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑645/18, EU:C:2019:1108, punt 35), u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1103, punt 37).


76      Il-pożizzjoni tal-Gvern Awstrijak fuq dan il-punt hija kemxejn konfuża, iktar u iktar peress li dan il-gvern ippropona risposta għall-ewwel domanda li tiċħad l-effett dirett tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità, u ma llimitax ir-risposta tiegħu għat-tieni domanda fil-forma ta’ risposta purament sussidjarja, iżda jifformula ċ-ċaħda parzjali bħala interpretazzjoni konformi. Madankollu, l-istess bħall-qorti tar-rinviju, jista’ jiġi preżunt li, f’dan ir-rigward, il-Gvern Awstrijak jieħu bħala punt ta’ tluq il-konstatazzjoni problematika tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Link Logistik.


77      Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld (C‑303/05, EU:C:2007:261, punt 50); tal‑31 ta’ Marzu 2011, Aurubis Balgaria (C‑546/09, EU:C:2011:199, punt 42); u tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 162).


78      Ara s-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 167 u l-ġurisprudenza ċċitata).


79      Pereżempju, is-sentenzi tal‑11 ta’ Ġunju 1987, X (14/86, EU:C:1987:275, punt 20); tat‑8 ta’ Ottubru 1987, Kolpinghuis Nijmegen (80/86, EU:C:1987:431, punt 13); tat‑3 ta’ Mejju 2005, Berlusconi et (C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02, EU:C:2005:270, punt 74), jew tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Vaditrans (C‑102/16, EU:C:2017:1012, punt 56).


80      Peress li l-esperjenza ta’ ċertu numru ta’ ordinamenti Ewropej intiżi sabiex jagħmlu distinzjoni bejn kwistjonijiet ta’ kostituzzjonalità, minn naħa, u l-legalità (pura jew sempliċi), min-naħa l-oħra, għall-finijiet tal-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni, juri li dan il-limitu huwa diffiċli ħafna li jintlaħaq u impossibbli li jitfassal fil-prattika. Din il-kawża toffri eżempju ċar f’dan ir-rigward. L-istess problema ġuridika tista’ tiċċaqlaq liberament bejn it-tnejn u tippreżenta ruħha bħala kwistjoni ta’ kostituzzjonalità (dritt għall-proprjetà miksur permezz ta’ penalità) jew ta’ legalità (kompatibbiltà tad-deċiżjoni nazzjonali li timponi l-penalità mad-dritt nazzjonali u mad-dritt tal-Unjoni). Għal diskussjoni komparattiva b’eżempji mill-Ġermanja, minn Spanja, mir-Repubblika Ċeka, mis-Slovakkja jew mis-Slovenja, ara l-volum editjat mill-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka) intitolat The Limits of the Constitutional Review of the Ordinary Courts’ Decisions in the Proceedings on the Constitutional Complaint, Linde, Praga, 2005. Ara wkoll, pereżempju, il-Bundesministerium der Justiz, Entlastung des Bundesverfassungsgerichts: Bericht der Kommission, Moser, Bonn, 1998, p. 62 sa 66.


81      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema) (C‑619/18, EU:C:2019:531, punt 52), kif ukoll tad‑19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema) (C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punt 115).


82      Għall-kuntrarju tal-każijiet preċedenti ta’ “piena marbuta” (“tied sentencing”), magħrufa minħabba n-nuqqas ta’ proporzjonalità bejn l-att u l-piena, ikkawżati minn reati speċifiċi li huma marbuta biss ma’ sanzjoni waħda possibbli mingħajr possibbiltà li din is-sanzjoni tiġi adattata jew aġġustata fid-dawl taċ-ċirkustanzi individwali — ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża An tAire Talmhaíochta Bia agus Mara et (C‑64/20, EU:C:2021:14, punt 56).


83      Ara, iktar ’il fuq, il-punti 41 sa 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


84      Ara s-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B. (C‑42/17, EU:C:2017:936, punti 47 sa 62).


85      Iktar ’il quddiem dwar il-limiti ta’ din il-possibbiltà, u l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni stabbilita mill-ġurisprudenza relatata mas-“supremazija, l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni”, ara l-konklużjonijiet reċenti tiegħi fil-kawżi magħquda Ministerul Public - Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia Naţională Anticorupţie et (C‑357/19 u C‑547/19, EU:C:2021:170, punti 145 sa 156).


86      Sentenza Maksimovic, punti 42 sa 45.


87      Ara, oriġinarjament dwar id-distinzjoni, Galmos, Y., u Bonichot, J.C., “La Cour de justice des Communautés européennes et l’transpożizzjoni des directes en droit national” 4(1), Revue française de droit administratif, 1988, p. 1 sa 23.


88      Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saggio fil-kawżi magħquda Océano Grupo Editorial u Salvat Editores (C‑240/98 sa C‑244/98, EU:C:1999:620) kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Linster (C‑287/98, EU:C:2000:3). Ara wkoll, inter alia Dougan, M., “When Worlds Collide! Competing Visions of the Relationship between Direct Effect and Supremacy”, Common Market Law Review, 2007, Vol. 44, p. 931 sa 963; M. Wathelet, “Du concept de l’effet direct à celui de l’invocabilité au regard de la jurisprudence récente de la Cour de Justice” f’Hoskins, M., u Robinson, W., (edituri), A True European; Essays for Judge David Edward, Hart Publishing, Oxford, 2004, p. 367 sa 389.


89      Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Link Logistik N&N (C‑384/17, EU:C:2018:494, punti 84 et seq.).


90      Sentenza Link Logistik, punt 62 u d-dispożittiv ta’ din is-sentenza.


91      Ara diġà G. Slynn, “The Court of Justice of the European Communities”, International and Comparative Law Quarrely, 1984, Vol. 33, p. 409, f’p. 423.


92      Sabiex jiġi deskritt eżempju magħruf, is-sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 1996, Dillenkofer et (C‑178/94, C‑179/94 u C‑188/94 sa C‑190/94, EU:C:1996:375, punti 20 et seq.), li tirrazzjonalizza l-ġurisprudenza preċedenti fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.


93      Dwar id-diskussjonijiet ta’ qabel, ara, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Roemer fil-kawża Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs L‑Awtorità Għolja (9/61, EU:C:1962:20, p. 242); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lagrange fil-kawżi magħquda Da Costa et (28/62 sa 30/62, mhux ippubblikati, EU:C:1963:2); jew il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali La Pergola fil-kawża Sürül (C‑262/96, EU:C:1998:610).


94      Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑3 ta’ April 1968, Molkerei-Zentrale Westfalen vs Lippe (28/67, EU:C:1968:17), fir-rigward tas-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 1966, Lütticke (57/65, EU:C:1966:34); tal‑25 ta’ Lulju 2008, Metock et (C‑127/08, EU:C:2008:449) fir-rigward tas-sentenza tat‑23 ta’ Settembru 2003, Akrich (C‑109/01, EU:C:2003:491).


95      Ara, pereżempju, is-sentenza tal-22 ta’ Mejju 1990, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑70/88, EU:C:1990:217, punt 16), fir-rigward tas-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 1988, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (302/87, EU:C:1988:461), jew is-sentenza tal‑24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard (C‑267/91 u C‑268/91, EU:C:1993:905) fir-rigward tas-sentenza tal‑20 ta’ Frar 1979, Rewe-Zentral (120/78, EU:C:1979:42).


96      Ara, pereżempju s-sentenzi tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B. (C‑42/17, EU:C:2017:936, punt 28) fir-rigward tas-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2015, Taricco et (C‑105/14, EU:C:2015:555).


97      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C‑209/03, EU:C:2005:169) fir-rigward tas-sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 1988, Lair (39/86, EU:C:1988:322) u tal‑21 ta’ Ġunju 1988, Brown (197/86, EU:C:1988:323).


98      Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Grupo Norte Facility (C‑574/16, EU:C:2018:390) u Montero Mateos (C‑677/16, EU:C:2018:393) fir-rigward tas-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, de Diego Porras (C‑596/14, EU:C:2016:683).


99      Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 1990, HAG GF (C-10/89, EU:C:1990:359, punti 10 et seq.) u, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs f’din il-kawża (EU:C:1990:112) fir-rigward tas-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 1974, Van Zuylen (HAG I) (192/73, EU:C:1974:72).


100      Ara wkoll iktar ’il fuq, il-punti 55 sa 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


101      Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑22 ta’ Mejju 1990, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑70/88, EU:C:1990:217), fir-rigward tas-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 1988, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (302/87, EU:C:1988:461), 20 xahar biss bejniethom.


102      Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2018, Grupo Norte Facility (C‑574/16, EU:C:2018:390) u Montero Mateos (C‑677/16, EU:C:2018:393) fir-rigward tas-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, de Diego Porras (C‑596/14, EU:C:2016:683).


103      Pereżempju, reċentement, is-sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2020, Syndicat CFTC (C‑463/19, EU:C:2020:932) fir-rigward tas-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 1984, Hofmann (184/83, EU:C:1984:273).


104      Filwaqt li tenfasizza n-neċessità li l-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja f’każ ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid, konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Puffer (C‑460/07, EU:C:2008:714, punt 56). Għal eżempju prattiku reċenti, ara s-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Santen (C‑673/18, EU:C:2020:531) fir-rigward tas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2012, Neurim Pharmaceuticals (1991) (C‑130/11, EU:C:2012:489).


105      Minn dakinhar, kif ġie innotat b’mod ironiku xi żmien ilu mill-Imħallef Jackson fil-konklużjonijiet konkorrenti tiegħu fil-każwa Brown vs Allen, 344 US 443 (1953), f’540: “Aħna ma aħniex finali għax aħna infallibbli, iżda aħna infallibbli biss għaliex aħna finali”.