Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgerichts Steiermark - l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C-205/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Direttiva 2014/67/UE – Artikolu 20 – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Effett dirett – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NE

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei Team 91

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandu jkollu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu.

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali li parti minnha tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 biss sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati.

____________

1     ĠU C 348, 19.10.2020.