Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Mejju 2010 - Cervecería Modelo vs UASI - Plataforma Continental (LA VICTORIA DE MEXICO)

(Kawża T-205/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cervecería Modelo, SA de CV (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Plataforma Continental, SL (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-5 ta' Marzu 2010 (Każ R 322/2009-2), sa fejn tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark "LA VICTORIA DE MEXICO" għal prodotti fil-klassi 32 tal-Klassifikazzjoni u, konsegwentement, tordna r-reġistrazzjoni tagħha, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "LA VICTORIA DE MEXICO" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.551.214), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 23, 32 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: PLATAFORMA CONTINENTAL, SL.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali "VICTORIA" (Nru 2.632.271), għal prodotti fil-klassijiet 31, 32 u 33; u t-trade mark verbali Spanjola "VICTORIA" (Nru 1.648.564), għal prodotti fil-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment.

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikou 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

____________