Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Diċembru 2010 - Angelo Sánchez vs Il-Kunsill
(Servizz pubbliku - Leave speċjali - Mard gravi ta' membru axxendenti tal-familja - Metodu ta' kalkolazzjoni tan-numru ta' ġranet ta' leave f'każ ta' mard gravi ta' diversi membri axxendenti tal-familja)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolás Angelo Sánchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz, M. Bauer, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħdu t-talbiet għal-leave speċjali mressqa mir-rikorrent minħabba mard gravi tal-ġenituri tiegħu.
Dispożittiv
Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' Ottubru 2008 u tat-8 ta' Diċembru 2008 li jiċħdu t-talbiet għal-leave speċjali mressqa minn Nicolás Angelo Sánchez huma annullati.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 220, 12.09.09, p. 43.