Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2010 - Hans Günter Söns vs UASI - Settimio (GREAT CHINA WALL)

(Kawża T-140/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hans Günter Söns (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schwabe, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfredo Settimio (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 281/2009-1;

tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark verbali "GREAT CHINA WALL" għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : appell miċħud

Motivi invokati : Ksur tal-Artikolu 7(ċ) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat id-dispożizzjonijiet legali inkwistjoni; ksur tal-ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

____________