Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Franza vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-549/13) 1

(“Agrikoltura — Ħlas lura fuq l-esportazzjoni — Laħam tat-tjur — Iffissar tal-ħlas lura għal żero euro — Obbligu ta’ motivazzjoni — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tillimita lilha nnifisha għal motivazzjoni standard — Prattika abitwali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-iffissar tal-ħlasijiet lura — Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Natura mhux limitattiva tal-kriterji previsti”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 367, 14.12.2013.