Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14)1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwaliAdeżjoni tal-Kroazja fl-UnjoniTħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoniDannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoniNuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoniKsur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwiArtikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Ante Šumelj (Zagreb, il-Kroazja), Dubravka Bašljan (Zagreb), Đurđica Crnčević (Sv. Ivan Zeline, il-Kroazja), Miroslav Lovreković (Križevaci, il-Kroazja) (Kawża T-546/13); Drago Burazer (Zagreb), Nikolina Nežić (Zagreb), Blaženka Bošnjak (Sv. Ivan Zeline), Bosiljka Grbašić (Križevaci, il-Kroazja), Tea Tončić (Pula, il-Kroazja), Milica Bjelić (Dubrovnik, il-Kroazja), Marijana Kruhoberec (Varaždin, il-Kroazja), (Kawża T-108/14) ; Davor Škugor (Sisak, il-Kroazja), Ivan Gerometa (Vrsar, il-Kroazja), Kristina Samardžić (Split, il-Kroazja), Sandra Cindrić (Karlovac, il-Kroazja), Sunčica Gložinić (Varaždin), Tomislav Polić (Kaštel Novi, il-Kroazja), u Vlatka Pižeta (Varaždin) (Kawża T-109/14) (rappreżentant: M. Krmek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Ćutuk u G. Wils kif ukoll, fil-Kawżi T‑546/13 u T‑108/14, S. Ječmenica, aġenti)

Suġġett

Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ante Šumelj u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 367, 14.12.2013.