Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08) 1

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna ġdida - Obbligu ta' motivazzjoni - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Effett inċitattiv - Regola de minimis")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) (rappreżentanti: A. Fantozzi, P. Carrozza u G. Mameli, avukati) (Kawża T-394/08); SF Turistico Immobiliare Srl (Orosei, l-Italja) (rappreżentant: L. Marcialis, avukat) (T-408/08); Timsas Srl (Arezzo, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro, S. Pinna u S. Cianciullo, avukati) (T-453/08); u Grand Hotel Abi d'Oru SpA (Olbia) (rappreżentanti: D. Dodaro, S. Cianciullo u R. Masuri, avukati) (T-454/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Kawżi T-394/08 u T-454/08, E. Righini, D. Grespan u C. Urraca Caviedes; Kawża T-408/08, E. Righini u D. Grespan; Kawża T-453/08, D. Grespan u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent fil-Kawża T-394/08: Selene di Alessandra Cannas Sas (Cagliari, l-Italja); HGA Srl (Golfo Aranci, l-Italja); Gimar Srl (Sassari, l-Italja); Coghene Costruzioni Srl (Alghero, l-Italja); Camping Pini e Mare di Cogoni Franco & C. Sas (Quartu Sant'Elena, l-Italja); Immobiliare 92 Srl (Arzachena, l-Italja); Gardena Srl (Santa Teresa di Gallura, l-Italja); Hotel Stella 2000 Srl (Olbia, l-Italja); Vadis Srl (Valledoria, l-Italja); Macpep Srl (Sorso, l-Italja); San Marco Srl (Alghero); Due Lune SpA (Milano, l-Italja); Nicos Residence Srl (Santa Teresa di Gallura); Rosa Murgese (Iglesias, l-Italja); Mavi Srl (Arzachena); Hotel Mistral di Bruno Madeddu & C. Sas (Alghero); L'Esagono di Mario Azara & C. Snc (San Teodoro, l-Italja); Le Buganville di Cogoni Giuseppe & C. Snc (Villasimius, l-Italja); u Le Dune di Stefanelli Vincenzo & C. Snc (Arbus, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dore, F. Ciulli u A. Vinci, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta' Lulju 2008, dwar l-iskema ta' għajnuna "Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 - applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98" C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003), li permezz tagħha r-Regione autonoma della Sardegna ta sussidji favur investimenti inizjali fl-industrija tal-lukandi f'Sardegna.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni, bl-esklużjoni ta' dawk li hija sostniet minħabba l-intervent, kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.

L-intervenjenti fil-Kawża T-394/08 għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni relatati mal-intervent kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008.