Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 - R bis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-105/07)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors - Rikors għad-danni - Kundizzjonijiet taż-żmien ta' prova - Estensjoni taż-żmien ta' prova - Ħatra bħala uffiċjal permanenti - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: R bis (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: O. Martins, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-13 ta' Frar 2007 li tiċħad l-ilment u t-talba tar-rikorrenti tat-8 ta' Novembru 2006 dwar kumpens għad-dannu li hija allegatament sofriet minħabba aġir żbaljat tal-Kummissjoni partikolarment fil-kuntest taż-żmien ta' prova tagħha bħala uffiċjal - Talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

____________