Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2012 - Buzil-Werk Wagner vs UASI - Roca Sanitario (Roca)

(Kawża T-115/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG (Memmingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Waldhauser avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-9 ta' Jannar 2012 (Każ R 1907/2010-4) u tiċħad l-oppożizzjoni ta' Roca Sanitario, SA, Av. Diagonal, 513, E-08029, Barcelona (Spanja).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Roca" għal prodotti fil-klassi 3 (Applikazzjoni Nru 6 800 726)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Roca Sanitario, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Spanjola "Roca" (Trade marks Nru 1 020 043, Nru 2 543 451, Nru 824 875 u Nru 915 635) għal ċerti prodotti fil-klassijiet 19 u 21 kif ukoll it-trade mark internazzjonali "Roca" (Trade mark Nru 905 212) għal ċerti prodotti fil-klassijiet 11, 19, 20 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal trade mar Komunitarja rrifjutata fir-rigward tal-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni

Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________