Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2010 - Eurocool Logistik vs UASI - Lenger (EUROCOOL)
(Kawża T-599/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eurocool Logistik GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Secklehner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peter Lenger (Weinheim, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Ottubru 2010 fil-Każ R 451/2010-1, li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta' Jannar 2010 fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 75 570; tiċħad l-oppożizzjoni u tirrinvija t-trade mark quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni sabiex jipproċedi bil-proċedura ta' reġistrazzjoni kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċedimenti, b'mod partikolari, l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "EUROCOOL" għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peter Lenger.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali "EUROCOOL LOGISTICS", għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39, kif ukoll l-isem kummerċjali "EUROCOOL LOGISTICS" użat għal servizzi partikolari fil-kummerċ nazzjonali.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 63(2) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li, fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni, ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li twieġeb għal argumenti insostenn tal-oppożizzjoni li saru mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78. p. 1)