Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2013 – Stayer Ibérica vs UASI - Korporaciya “Masternet” (STAYER)

(Kawża T-254/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ parzjalment l-appell u tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4675881 invalida għall-prodotti li ġejjin:

Klassi 7: Tagħmir u għodod; partijiet ta’ magni għall-qtugħ u għall-ippolixxjar tad-djamanti; partijiet u roti għall-qtugħ għall-industriji li ġejjin; irħam; granit; ġebel; tafal; ċangaturi; madum u brikk, u b’mod ġenerali, għodod għall-qtugħ bħala partijiet minn tagħmir inkluż fil-Klassi 7.

Klassi 8: oġġetti għall-brix li jistgħu jinżammu fl-idejn (roti u roti għat-tisnin).

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “STAYER” – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 675 881

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-bażi għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet dik tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi: Ksur tal-Artikoli 76(2), 15 u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009