Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/13) 1

(“Politika soċjali – Programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam taż-żgħażagħ – Rimbors parzjali tal-finanzjament imħallas – Ineliġibbiltà ta’ ċerti somom – Qbiż tal-limitu previst għal kategorija ta’ azzjonijiet – Implementazzjoni mill-aġenziji nazzjonali tal-proċeduri ta’ rkupru tas-somom użati indebitament mingħand il-benefiċjarji finali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 237719, tat-22 ta’ Frar 2013, indirizzata lill-Agenzia nazionale per i giovani (aġenzija nazzjonali għaż-żgħażagħ, l-Italja), li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu għal ammont totali ta’ EUR 1 486 485.90, sa fejn dan l-ammont jinkludi parti minn EUR 52 036.24 għal spejjeż sostnuti għal attivitajiet ta’ taħriġ rigward is-servizz volontarju Ewropew, u parti minn EUR 183 729.72 għal somom mhux irkuprati mill-Agenzia nazionale per i giovani mingħand il-benefiċjarji finali f’dak li jirrigwarda l-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2004, u, fit-tieni lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 267064, tat-28 ta’ Frar 2013, indirizzata lid-Dipartimento della gioventù e del servizio civile nazionale (dipartiment għaż-żgħażagħ u għas-servizz ċivili nazzjonali, l-Italja), li tikkomunika l-konklużjonijiet fuq l-evalwazzjoni finali tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u fuq ir-rapport annwali tal-imsemmija aġenzija għas-sena 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.