Language of document : ECLI:EU:T:2015:111





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2015 —
Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑257/13)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Żvilupp rurali — Infiq imwettaq mill-Polonja — Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 — Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Effikaċja tal-kontrolli — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ sussidjarjetà”

1.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni: letterali, sistematika, storika u teleoloġika — Teħid inkunsiderazzjoni tal-għan u tal-istruttura ġenerali tal-att inkwistjoni (ara l-punti 37-39)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Mekkaniżmu ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni — Regolamenti Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 — Kundizzjonijiet għall-għoti — Eżerċizzju ta’ attività agrikola għal finijiet kummerċjali qabel il-waqfien tal-operat — Obbligu ta’ verifika impost fuq l-Istati Membri (Regolament tal-Kunsill Nru 1257/1999, Artikolu 10(1) u Artikolu 11(1) u Regolament Nru 1698/2005, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 48-50, 59-62, 67, 69)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata — Kontroll tal-konoxxenzi u l-kompetenzi tal-persuni li jieġdu operat li waqaf minn bidwi li jibbenefika minn miżura ta’ irtirar kmieni — ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u tal-awtonomija proċedurali — Assenza (subparagrafu 2 tal-Artikolu 5, TUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1257/1999, Artikoli 11(2), il-ħames premessa tar-Regolament Nru 1258/1999 u Artikolu 7(4), u Regolament Nru 1290/2005, Artikolu 31(1) (ara l-punti 77-79, 89, 175, 177-179)

4.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regulament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(1) (ara l-punti 93-98, 123)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1257/1999, Artikolu (11), (2)) (ara l-punti 105)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Financement par le FAEG u l-FAEŻR  — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Mekkaniżmu ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni —Regolamenti Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 — Kundizzjonijiet għall-għoti — Eżerċizzju ta’ attività agrikola għal finijiet kummerċjali qabel il-waqfien tal-operat — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1257/1999, Artikolu 10(1) u Artikolu 11(1), u Nru 1698/2005, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 128-130)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEG u l-FAEŻR (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005) (ara l-punti 149, 150)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), f’dak li jikkonċerna l-azzjoni “Irtirar antiċipat” implementata mir-Repubblika tal-Polonja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.