Language of document : ECLI:EU:T:2015:362





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 — Stayer Ibérica vs UASI – Korporaciya “Masternet” (STAYER)

(Kawża T‑254/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva STAYER — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti STAYER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjoni tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(2) u (3), 57(1), (2) u (3), u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, regoli 22(2) u 40(6)) (ara l-punti 27-33)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 66, 67, 70, 103)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi u verbali STAYER (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b), u 53(1)(a)) (ara l-punti 76, 94, 99, 102, 105-107)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 80)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 96, 98)

7.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Rikors promotur — Risposta tal-intervenjent — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt mhux esposti fir-rikors u fin-nota — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c), 46(1)(b), u 135) (ara l-punt 100)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2196/2011‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ZAO Korporaciya “Masternet” u Stayer Ibérica, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Marzu 2013, (Każ R 2196/2011‑2) hija annullata sa fejn hija ddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva STAYER għat-“Tagħmir u għodod; partijiet ta’ magni għall-qtugħ u għall-ippolixxjar tad-djamanti; partijiet u roti għall-qtugħ għall-industriji li ġejjin; irħam; granit; ġebel; tafal; ċangaturi; madum u brikk, u b’mod ġenerali, għodod għall-qtugħ bħala partijiet minn tagħmir inkluż fil-Klassi 7”, li jaqgħu taħt il-Klassi 7, kif ukoll għall-“oġġetti għall-brix li jistgħu jinżammu fl-idejn (roti u roti għat-tisnin)”, li jaqgħu taħt il-Klassi 8.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI, Stayer Ibérica, SA u ZAO Korporaciya “Masternet” għandhom ibatu, kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.