Language of document : ECLI:EU:T:2015:843





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 –
Orthogen vs UASI– Arthrex (IRAP)

(Kawża T‑253/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali IRAP – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell – Kompetenza tal-bordijiet tal-appell – Eżami ġdid komplet tal-mertu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punt 21)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 27, 38, 47, 48)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark verbali IRAP (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b), u 52(1)(a)) (ara l-punti 35, 41, 56, 58)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (c)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal‑21 ta’ Frar 2013 (Każ R 382/2012‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Arthrex GmbH u Orthogen AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orthogen AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Arthrex GmbH.