Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht - il-Ġermanja) – FI vs Bayerische Motoren Werke AG

(Kawża C-192/22 , Bayerische Motoren Werke) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7(1) – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal-leave annwali mħallas – Estinzjoni ta’ dan id-dritt – Skema ta’ rtirar progressiv mix-xogħol – Ġranet ta’ leave annwali mħallas miksuba matul il-fażi ta’ xogħol imwettqa abbażi ta’ din l-iskema iżda li għadhom ma ttieħdux – Inkapaċità għax-xogħol)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FI

Konvenut: Bayerische Motoren Werke AG

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li d-dritt għal-leave annwali mħallas, miksub minn ħaddiem abbażi tal-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu fil-kuntest ta’ skema ta’ rtirar progressiv, jintilef, fi tmiem is-sena ta’ referenza għal-leave jew f’data sussegwenti, meta l-ħaddiem ikun ġie prekluż milli jieħu dan il-leave qabel il-fażi ta’ dispensa mix-xogħol minħabba mard anki fil-każ fejn ma jkunx hemm assenza fit-tul.

____________

1     ĠU C 222, 7.6.2022.