Language of document : ECLI:EU:T:2013:249





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat vs UASI – von Eicken (SEBA TRADITION)

(Kawża T‑508/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva SEBA TRADITION — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADITION — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 19, 49)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi SEBA TRADITION u JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADITION (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 22, 23, 34, 35, 42, 46, 48, 53, 54)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24-26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 559/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Joh. Wilh. von Eicken GmbH u Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat AŞ.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.